Mogħdija tan-navigazzjoni

Fit-triq lejn irkupru ekonomiku - 08/06/2011

Raġel jagħmel jigsaw puzzle bi stampa tal-ewro © iStock/lonely snail design

Rakkomandazzjonijiet għal kull wieħed mis-27 pajjiż tal-UE joffru gwida dwar il-baġits domestiċi u l-politiki ekonomiċi tal-2011-2012.

Il-Kummissjoni rrakkomandat miżuri li kull pajjiż tal-UE għandu jieħu biex jistimola l-iżvilupp ekonomiku, joħloq aktar impjiegi u jżomm kontroll fuq il-finanzi pubbliċi.

Ir-rakkomandazzjonijiet huma respons għall-pjanijiet li l-gvernijiet kollha ressqu aktar kmieni din is-sena dwar kif biħsiebhom jilħqu l-għanijiet ekonomiċi komuni tal-UE.

B'mod ġenerali l-pjanijiet nazzjonali jirriflettu l-prijoritajiet miftiehma bejn is-27 gvern. Jekk jiġu segwiti, l-UE tkun fit-triq it-tajba biex tikseb il-miri tagħha dwar l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra, l-enerġija rinnovabbli u ż-żamma tat-tfal fl-iskola.

Madankollu, se jkun hemm wħud mill-strateġiji li ma jilħqux il-miri u allura jridu jkunu aktar ambizzjużi. Oħrajn ma pprovdewx dettalji suffiċjenti dwar kif biħsiebhom jiksbu l-miri komuni.

Niksbu l-miri

Fost ir-rakkomandazzjonijiet English insibu sejħiet biex:

  • ikun hemm aktar sforzi biex jintleħqu l-miri tal-UE dwar l-impjieg, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-effiċjenza tal-enerġija, l-edukazzjoni għolja u t-tnaqqis tal-faqar
  • naħdmu aktar biex innaqqsu d-djun u biex inċeknu d-distakk bejn l-infiq u d-dħul mit-taxxa biex inwasslu l-baġits nazzjonali f'konformità mal-miri tal-UE
  • inżommu n-nies fix-xogħol billi nżidu l-età tal-pensjoni, naqtgħu l-iskemi ta' pensjoni bikrija u ntejbu l-aċċess għall-kura tat-tfal
  • niġġieldu kontra l-qgħad strutturali u nintegraw gruppi vulnerabbli bħan-nisa u ħaddiema ixjeħ fis-suq tax-xogħol
  • innaqqsu l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-għadd ta' studenti li jitlqu l-iskola kmieni billi nirriformaw il-kuntratti tax-xogħol fejn hemm bżonn u norbtu l-edukazzjoni mal-impjieg

Ir-rakkomandazzjonijiet jiffurmaw parti mill-ewwel 'semestru Ewropew', proċess ta' sitt xhur li se jsir ta' kull sena biex il-gvernijiet tal-UE jikkonsultaw ma' xulxin b'mod intensiv waqt li jfasslu l-baġits u l-politiki ekonomiċi tagħhom.

Ukoll bħala parti mill-proċess tas-semestru, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet ġenerali għaż-żona tal-ewro English .

Tlestija tas-semestru

Il-Kunsill Ewropew mistenni jiltaqa' fit-23-24 ta' Ġunju biex jiddiskuti r-rakkomandazzjonjiet, u mbagħad f'Lulju biex japprovahom formalment. Imbagħad jitħalla f'idejn kull pajjiż biex jinkorporahom fil-baġits nazzjonali għall-2011-12.

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE mbagħad jaraw kif kull pajjiż jimplimenta dawn il-miżuri bħala parti mir-reviżjoni bejn il-pari.

Aktar tagħrif dwar is-semestru Ewropew English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli