Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan tal-UE għal ekonomija iktar b'saħħitha - 13/04/2011

Triq fil-kampanja © WillSelarep/iStock

L-UE tiffoka fuq 12-il miżura ta' prijorità biex tagħmel is-suq uniku tagħha jaħdem aħjar għall-konsumaturi, il-ħaddiema u n-negozji.

F'dawn l-aħħar żewġ deċennji, it-tisħiħ tal-integrazzjoni ekonomika fl-UE kien wieħed mill-impeti ewlenin għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

Madankollu, l-ekonomija tal-UE għadha ma sfruttatx għal kollox l-opportunitajiet li nħolqu mal-waqgħa tal-ostakli. Il-Kummissjoni identifikat 12-il miżura ta' prijorità Englishfrançais biex ittejjeb il-mobilità għall-ħaddiema u n-negozji. Huma miżuri li x'aktarx jistimolaw it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi billi jgħinu lill-persuni, il-prodotti, is-servizzi u l-kapital jiċċaqalqu b'mod iktar liberu fl-UE.

Suq iktar integrat għandu jgħin ukoll lill-pajjiżi tal-UE jegħlbu l-isfidi soċjali u ekonomiċi kurrenti u jirkupraw iktar malajr mill-kriżi finanzjarja dinjija.

Il-prijoritajiet huma:

  • l-għajnuna lill-impriżi ta' daqs żgħir u medju jiksbu aċċess iktar faċli għall-finanzjament billi fondi ta' kapital ta' riskju jitħallew jinvestu fi kwalunkwe pajjiż tal-UE
  • reviżjoni tal-liġijiet biex il-kwalifiki professjonali jiġu rikonoxxuti fl-UE kollha - biex jonqsu l-ostakli għall-impjieg f'pajjiż ieħor
  • il-ħolqien ta' Privattiva Ewropea Unika għall-proprjetà intellettwali u l-invenzjonijiet - biex jonqsu l-ispejjeż u l-burokrazija għan-negozji
  • l-istabbiliment ta' proċeduri li jsolvu t-tilwim barra l-qorti meta l-konsumaturi jiltaqgħu ma' problema wara li jixtru prodotti jew servizzi f'pajjiż ieħor tal-UE, inkluż mill-internet
  • l-introduzzjoni ta' standards Ewropej għas-settur tas-servizzi
  • it-titjib tal-infrastrutturi tal-enerġija, it-trasport u l-komunikazzjonijiet permezz tal-identifikazzjoni ta' netwerks strateġiċi għal investiment immirat
  • tgħaddi leġiżlazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' metodi ta' identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettroniċi biex jissaħħaħ l-użu tal-internet bejn l-individwi, in-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi
  • it-tħeġġiġ tal-intraprenditorija soċjali permezz tal-iżvilupp ta' fondi ta' investiment għall-kumpaniji b'għanijiet soċjali, etiċi jew ambjentali
  • l-adattament tat-taxxi fuq l-industrija tal-enerġija biex jintlaħqu l-għanijiet tal-klima u l-enerġija tal-UE
  • it-tisħiħ tar-regoli għall-ħaddiema ssekondati mill-kumpaniji tagħhom f'pajjiż ieħor tal-UE
  • is-simplifikazzjoni tal-linji gwida tal-kontabilità għall-kumpaniji u t-tnaqqis tal-burokrazijia - b'enfasi fuq in-negozji ż-żgħar
  • l-iffaċilitar għall-impriżi ż-żgħar biex jikkompetu għal kuntratti pubbliċi f'pajjiżi oħra tal-UE

Il-miżuri li se jittieħdu fis-sentejn li ġejjin se jkunu bbażati fuq dawn il-prijoritajiet. Il-Kummissjoni diġà għamlet proposti dwar brevett tal-UE DeutschEnglishfrançais u l-aġġustament ta' taxxa fuq l-enerġija DeutschEnglishfrançais .

Aktar tagħrif dwar l-integrazzjoni ekonomika tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr)

Att Dwar is-Suq Uniku Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli