Mogħdija tan-navigazzjoni

Fiex qiegħed is-suq uniku - 31/03/2011

Ħaddiema għaddejjin minn ħitan bi stilel tal-UE © EU

Il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-UE komplew josservaw il-limiti ta' żmien biex jinkorporaw ir-regoli tas-suq uniku fil-liġi nazzjonali, li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

Ir-regoli dwar is-suq uniku tal-UE jridu jagħmlu parti mil-liġi nazzjonali fi żmien perjodu miftiehem. L-aħħar "tabella ta' tqabbil English " turi li l-pajjiżi tal-UE mixjin sew.

Is-suq uniku hu bażi importanti tal-UE - dan jgħin lill-persuni, il-prodotti, is-servizzi u l-kapital jiċċaqalqu b'mod ħieles fl-Unjoni Ewropea. Rapport li jsir darbtejn f'sena jsegwi l-progress tal-pajjiżi membri fl-implimentazzjoni tar-regoli.

Riżultati

L-aħħar ċifri juru li, bħala medja, 0.9% tad-direttivi dwar is-suq uniku li d-data ta' implimentazzjoni tagħhom għaddiet għadhom ma nkitbux fil-liġi nazzjonali. Għalkemm il-mira ta' 1% issettjata mill-mexxejja tal-UE fl-2007 qed tintlaħaq b'mod ġenerali, seba' stati membri għadhom ma għamlux dan.

Naqas ukoll id-dewmien biex ir-regoli tal-UE jsiru liġijiet nazzjonali, flimkien mal-għadd ta' każijiet fejn pajjiżi jonqsu li jinkorporaw kif suppost ir-regoli fil-liġi nazzjonali.

Għajnuna liċ-ċittadini u lill-kumpaniji tal-UE

Il-Kummissjoni żviluppat għodda ta' gwida u biex jiġu solvuti l-problemi mingħajr ħlas biex tgħin lill-persuni li qed jiċċaqalqu f'pajjiżi differenti fl-UE. Jekk għandek problema relatata pereżempju ma' permessi ta' residenza, reġistrazzjoni ta' karozza jew drittijiet li jirrigwardjaw is-sigurtà soċjali u t-taxxa, tista' tikkuntattja L-Ewropa Tiegħek jew lil SOLVIT biex tingħata għajnuna.

L-Ewropa Tiegħek hu portal onlajn li joffri informazzjoni prattika dwar drittijietek u l-opportunitajiet li għandek jekk qed tiċċaqlaq fl-UE. SOLVIT hu netwerk onlajn li jittratta l-ilmenti - jipprova joffri soluzzjoni fi żmien għaxar ġimgħat.

Tisħiħ tal-irkupru ekonomiku

L-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE hi vitali, b'mod partikulari fi żminijiet diffiċli. Din iżżid il-kapaċità tal-kumpaniji li jikkompetu fis-swieq dinjin u tagħmel lill-Ewropa aktar attraenti għall-investituri barranin.

Matul dawn l-aħħar 15-il sena s-suq uniku għen sabiex il-prodott gross domestiku tal-UE jikber bi 2.15%, żied il-kummerċ u għen lin-negozji ż-żgħar biex jespandu. Hu jservi wkoll ta' inkuraġġiment essenzjali għat-tkabbir u l-impjiegi permezz tal-promozzjoni tal-mobilità, il-kompetittività u l-innovazzjoni.

Aktar dwar is-suq uniku tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli