Mogħdija tan-navigazzjoni

Nattiraw l-investiment fl-infrastruttura - 01/03/2011

Bini ta' awtostrada © EU

Bonds għall-proġetti appoġġjati mill-UE biex jappoġġjaw l-investiment strateġiku fin-netwerks tat-trasport, l-enerġija, l-Internet u t-telekomunikazzjoni.

Biex jiġi stimulat il-bini ta' infrastruttura strateġika, il-Kummissjoni trid tiggarantixxi bonds maħruġa minn kumpaniji biex jiffinanzjaw proġetti fuq skala kbira.

Proġetti ta' infrastruttura fuq skala kbira għandhom benefiċċji enormi - kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-ekonomija kollha. Iżda l-kriżi finanzjarja wasslet biex sar iktar diffiċli li kumpaniji jiġbru l-fondi meħtieġa. Naqqset ukoll il-baġits tal-gvernijiet, b'hekk l-ammont ta' appoġġ li dawn jistgħu jsellfu għal dawn il-proġetti sar iktar limitat.

Garanzija tal-UE fuq bonds għall-proġetti tgħin biex l-investituri l-kbar - bħall-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni - ikunu inqas beżgħana milli jixtruhom.

Il-garanziji se jappoġġjaw biss proġetti ta' infrastruttura li jimxu ma' Ewropa 2020 English - l-istrateġija tal-UE biex tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Il-Kummissjoni se taqsam ir-riskju tal-garanziji mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Il-BEI se jirrevedi l-proġetti u jiffissa prezz għall-garanzija ta' self. Il-proġetti jridu jkunu vijabbli ekonomikament u teknikament u jkollhom il-potenzjal jiġġeneraw dħul stabbli u b'saħħtu.

Imbagħad ikunu l-kumpaniji privati li joffru l-bonds lill-investituri u mhux l-Ue jew il-BEI.

Investimenti strateġiċi u għaqlin

Se jkunu meħtieġa madwar €1.5-2 triljun fl-għaxar snin li ġejjin biex l-Ewropa taġġorna n-netwerks tat-trasport, l-enerġija, l-Internet veloċi u t-telekomunikazzjoni.

Hemm bżonn investiment fit-trasport biex jissolvew il-problemi fil-postijiet l-iktar milqutin mill-konġestjoni, jinbnew il-konnessjonijiet bejn pajjiż u ieħor u jiġu konnessi tipi ta' trasport differenti. Hemm bżonn ta' grids intelliġenti biex iwasslu l-elettriku fejn hemm bżonnu. L-Internet broadband għal ġenerazzjoni li jmiss għandu bżonn ikunu disponibbli għal kulħadd kullimkien.

Qabel ma l-kriżi finanzjarja laqtet is-swieq, il-finanzjamenti u l-bonds għall-proġetti kellu 10% sehem tas-suq. Il-bonds normalment kienu appoġġjat minn kumpaniji tal-assigurazzjoni, li għenuhom ikunu iktar aċċettabli għall-investituri. Dan it-tip ta' appoġġ m'għadux jeżisti u mhux probabbli li jerġa jiġi malajr.

Bonds għall-proġetti appoġġjati mill-UE se jimlew il-vojt, billi jikkumplimentaw sorsi eżistenti ta' finanzjar tal-infrastruttura bħas-self mill-banek u l-għotjiet mill-gvernijiet.

Il-passi li jmiss

Hemm konsultazzjoni pubblika English dwar 'bonds għall-proġetti ta' Ewropa 2020' miftuħa sat-2 ta' Mejju 2011. L-opinjonijiet u s-suggerimenti se jintużaw fil-proposta dwar il-bonds għall-proġetti ppjanata għal Ġunju. Bonds għall-proġetti appoġġjati mill-UE għandhom ikunu disponibbli sal-2014.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli