Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-rapport jistabbilixxi 10 prijoritajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tal-UE, bit-tnedija tal-ewwel 'Semestru Ewropew'.
L-istħarriġ dwar it-tkabbir annwali ![]()
![]()
![]()
hu l-ewwel pass f'sistema ġdida biex tgħin iktar mill-qrib lill-gvernijiet nazzjonali jikkoordinaw ir-rispons tagħhom għall-isfidi ekonomiċi ewlenin tal-UE.
Jagħmel parti mis-'Semestru Ewropew' il-ġdid, ċiklu annwali ta' sitt xhur li matulu l-gvernijiet jibbenefikaw mill-input tal-imsieħba tagħhom fil-livell tal-UE waqt li jfasslu l-politiki baġitarji u ekonomiċi tagħhom. Ħidma flimkien mill-bidu nett fuq il-politika ekonmika tagħmilha iktar faċli għall-pajjiżi tal-UE biex jilħqu għanijiet konġunti u jindirizzaw tħassib komuni.
L-istħarriġ jidentifika 10 prijoritajiet li l-pajjiżi tal-UE għandhom jiffukaw fuqhom biex jistimolaw l-ekonomija u jżidu l-impjieg skont il-patt ta' stabbiltà u tkabbir tal-UE u l-istrateġija ġdida tagħha għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, Ewropa 2020
. Dawn jinkludu li l-persuni bla xogħol jerġgħu jibdew jaħdmu, ir-riforma tas-sistemi tal-pensjoni, il-kontroll tad-dejn pubbliku u l-promozzjoni tal-użu sħiħ tal-ekonomija integrata tal-Ewropa.
Passi li jmiss għas-Semestru Ewropew:
Marzu - il-gvernijiet tal-UE se jilħqu ftehim dwar prijoritajiet ekonomiċi, ibbażati fuq l-istħarriġ.
April - il-gvernijiet tal-UE se jissottomettu l-abbozz tal-istrateġiji tal-baġit għas-sena sussegwenti għall-evalwazzjoni mill-Kummissjoni.
Ġunju u Lulju - Il-Kunsill tal-Ministri tal-UE (li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-UE) se joħroġ pariri speċifiċi għal kull pajjiż fid-dawl tal-evalwazzjoni u se jingħaqad mal-Kunsill Ewropew biex jipprovdi pariri ta' politika qabel ma l-pajjiżi jiffinalizzaw il-baġits tagħhom bħas-soltu premezz tal-parlamenti nazzjonali tagħhom.
Minn stħarriġ ![]()
fl-UE kollha ħareġ li 77% tal-Ewropej jaħsbu li koordinazzjoni iktar b'saħħitha tal-politiki ekonomiċi u fiskali fost il-pajjiżi membri għandha tgħin tiġġieled kontra l-kriżi ekonomika.