Mogħdija tan-navigazzjoni

Kooperazzjoni ġudizzjarja iktar b'saħħitha hi ta' benefiċċju għall-Ewropej u għan-negozji - 14/12/2010

Mappa tal-Ewropa b'folla fl-isfond © EU

It-tilwim legali bejn pajjiżi differenti se jsir irħas u eħfef għan-negozji permezz tal-miżuri ġodda. Dawn se jnaqqsu wkoll il-burokrazija għal dawk li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw f'pajjiżi oħra tal-UE.

Il-Kummissjoni tixtieq tagħmel il-ħajja ta' dawk iċ-ċittadini li jaħdmu, jivvjaġġaw jew jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE iktar faċli u qed tiġbor l-opinjonijiet tagħhom English dwar kif tista' titjieb is-sitwazzjoni preżenti.

Waħda mill-għażliet hi li jiġu introdotti formoli għal madwar l-Ewropa kollha għal iktar dokumenti komuni tal-istatus ċivili, bħaċ-ċertifikati tat-twelid. Għażla oħra hi li dawn il-formoli jkunu rikonoxxuti awtomatikament fi kwalukwe pajjiż tal-UE. Bidla bħal din ma jkollhiex effett fuq is-sistemi legali tal-pajjiżi individwali.

Jeżistu differenzi bejn is-sistemi amministrattivi tal-pajjiżi tal-UE. Dan ifisser li dokumenti pubbliċi (bħal kuntratt tal-proprjetà) u dokumenti tal-istatus ċivili (inklużi ċertifikati tat-twelid u taż-żwieġ) mhux dejjem jiġu rikonoxxuti barra mill-pajjiż fejn jinħarġu.

B'hekk il-proċess jitqal għat-12-il miljun persuna li jgħixu fl-UE iżda barra minn pajjiżhom. Jekk tkun meħtieġa traduzzjoni jew prova ulterjuri tal-istatus, il-proċess ta' rikonoxximent tad-dokumenti jista' wkoll jiswa l-flus. Stħarriġ riċenti Englishfrançais juri appoġġ għall-bidla - 73% ta' dawk li wieġbu qalu li għandhom jittieħdu miżuri biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tad-dokumenti pubbliċi bejn il-pajjiżi tal-UE.

Il-konsultazzjoni hija miftuħa sat-30 ta' April u l-kummenti se jitqiesu meta jsiru l-proposti ġodda għal liġijiet ġodda fl-2013.

In-negozji għandhom jibbenefikaw ukoll. Proposta ġdida għandha tnaqqas l-ispejjeż legali tal-kumpaniji li jkunu jridu li sentenza legali tkun rikonoxxuta f'pajjiż ieħor tal-UE.

Pereżempju jekk kumpanija Svediża tħarrek kumpanija Ġermaniża għax din ma ħallsitx fil-ħin, il-liġijiet tal-UE danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska diġà jippermettu li s-sentenza tal-qorti mogħtija f'pajjiż wieħed tkun rikonoxxuta u infurzata fl-ieħor. Iżda jekk il-qorti taqta' s-sentenza favur il-kumpanija Svediża, din ikollha tħallas sa €3,000 fi spejjeż legali biex din is-sentenza tkun rikonoxxuta fiż-żewġ pajjiżi. Dawn l-ispejjeż huma ta' piż żejjed.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tneħħi dan ir-rekwiżit, li jiswa lin-negozji madwar €48 miljun fis-sena. Ir-regoli ġodda se joffru wkoll protezzjoni ogħla għall-konsumaturi Ewropej li jinsabu f'tilwima ma' partijiet f'pajjiżi mhux tal-UE.

Konsultazzjoni dwar ir-rikonoxximent tad-dokumenti English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli