Mogħdija tan-navigazzjoni

Protezzjoni tal-investituri - jekk jogħġbok għidilna x'taħseb dwarha - 08/12/2010

Pinna ppuntata lejn skrin ta' kompjuter li juri l-prezzijiet tal-istokks © iStock/archives

Konsultazzjonijiet pubbliċi dwar id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji u dwar is-sanzjonijiet tas-servizzi finanzjarji.

Il-kriżi ekonomika dinjija ġiegħlet lill-UE taġixxi malajr ħalli tirranġa n-nuqqasijiet fis-suq tas-servizzi finanzjarji u biex tissalvagwardja l-istabbiltà tiegħu.

Ir-riformi għandhom l-għan li ma jħallux li terġa' sseħħ sitwazzjoni simili billi jinħtieġu li l-kumpaniji tas-settur finanzjarju jkunu aktar aperti dwar kif jinnegozjaw. Dawn jipprovdu kontroll regolatorju aktar effettiv u jipproteġu lill-konsumaturi.

Attwalment, il-blokk qed jaħdem biex jimplimenta it-tieni mewġa ta' riformi DeutschEnglishfrançais. Għaddejjin konsultazzjonijiet pubbliċi dwar żewġ proposti prinċipali.

Id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji

MiFID DeutschEnglishfrançais hu qafas ta' ħidma komprensiv għar-regolament dwar il-kumpaniji tal-investiment. Fis-seħħ għal dawn l-aħħar tliet snin, dan saħħaħ ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-investituri, filwaqt li ppermetta lill-Boroż u lill-kumpaniji tal-investiment joperaw b'mod eħfef fis-suq uniku tal-UE.

L-għan tiegħu hu li s-suq tas-sigurtà jsir aktar kompetittiv, biex potenzjalment jirriżulta f'servizzi aħjar u orħos għall-investituri. Il-Kummissjoni qed tipproponi li tirrivedi r-regoli sabiex tinidirizza t-tibdiliet reċenti fis-suq li jirriżultaw minn teknoloġiji u prodotti finanjarji ġodda. Dan għandu jassigura qafas ta' ħidma regolatorju b'saħħtu biex jiġi evitat ir-riskju ta' nuqqasijiet.

Il-konsultazzjoni dwar l-MiFID DeutschEnglishfrançais qed tistaqsi dwar kif ir-regoli għandhom jiġu aġġornati biex jiġu koperti s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment kollha, tissaħħaħ is-superviżjoni u jiġu protetti l-investituri.

Il-konsultazzjoni se tikkontribwixxi għall-proposti tal-Kummissjoni, li għandhom isiru f'Mejju 2011.

Sanzjonijiet tas-servizzi finanzjarji

It-tieni konsultazzjoni qed tfittex suġġerimenti dwar miżuri ġodda mill-UE li jistabbilixxu standards minimi ta' sanzjoni kontra kumpaniji ta' servizzi finanzjarji li jiksru r-regoli.

Attwalment, il-pajjjiż tal-UE għandhom pieni differenti u standards ta' infurzar differenti kontra dawk li jiksru r-regoli. Il-kriżi wriet biċ-ċar in-nuqqas ta' uniformità fl-applikazzjoni tar-regoli fl-UE u din ħeġġet kumpaniji jistabbilixxu ruħhom f'pajjiż fejn ikollhom x'jaqsmu mal-eħfef sanzjonijiet.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li jiġu stabbiliti standards komuni għall-pieni, il-multi u l-infurzar fl-UE kollha. Regoli komuni għandhom itejbu l-operat tas-suq uniku u jiżguraw li l-ksur tar-regoli finanzjarji tal-UE jkun issanzjonat b'mod effettiv kulfejn dan iseħħ.

Il-kummenti li jirriżultaw mill-konsultazzjoni DeutschEnglishfrançais għandhom jgħinu lill-Kummissjoni tiddeċiedi dwar proposti possibbli li għandhom isiru s-sena d-dieħla.

Aktar informazzjoni dwar ir-riforma tas-servizzi finanzjarji DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli