Mogħdija tan-navigazzjoni

Irkupru ekonomiku gradwali u irregolari - 30/11/2010

Tromba b'muniti tal-ewro minflok lentijiet © EU

L-irkupru ekonomiku tal-UE mistenni jkompli tul il-perjodu 2010-12, bi tkabbir modest fl-impjiegi mqabbel mas-sena l-oħra.

It-tbassir ekonomiku English l-aktar reċenti tal-Kummissjoni jgħid li l-PGD se jespandi b'madwar 1¾% fl-2010-11, u jżid għal madwar 2% fl-2012 hekk kif l-investiment u l-infiq tal-konsumaturi jiżdied.

Dan iwassal għal sitważżjoni ħarira aħjar għall-ħaddiema. L-impjieg mistenni jiżdied bi kważi ½% fl-2011, u b'madwar ¾% fl-2012. Ir-rata tal-qgħad mistennija titbaxxa bilmod għal madwar 9% fl-2012 mid-9½% tal-2010.

It-tkabbir tal-esportazzjoni issa ilu qawwi għal xi żmien. Madankollu, l-attività ekonomika madwar id-dinja mistennija tnaqqas fit-tieni nofs ta' din is-sena u fl-2011. Dan ikollu effett negattiv fit-tkabbir tal-esportazzjonijiet tal-UE.

Mill-banda l-oħra, l-irkupru ekonomiku, li beda fit-tielet kwart tal-2009, jidher li qed jitwessa' It-tkabbir tal-esportazzjoni normalment timbotta l-industrija biex tinvesti f'tagħmir ġdid jew aġġornat.

Minħabba f'hekk, id-domanda domestika mistennija tiġbor ftit ġieħa, hekk kif l-investiment u l-infiq tal-konsumaturi jiżdied. Però, it-tentattivi tal-gvernijiet li jnaqqsu id-deficits jistgħu jwasslu f'inqas xiri min-naħa tal-konsumaturi.

L-inflazzjoni fl-UE mistennija tibqa' baxxa - b'medja ta' 2% din is-sena u d-dieħla, għal madwar 1¾% fl-2012. Fiż-żona ewro, hija maħsuba li se tkun madwar 1¾% fl-2011-12.

Bl-irkupru fl-attività ekonomika u l-miżuri tat-tnaqqis tad-deficit li qed jieħdu l-gvernijiet, madwar nofs il-pajjiżi membri tal-UE se jkollhom deficit aktar baxx fl-2010 mill-2009. Id-deficit mistenni jitbaxxa f'24 pajjiż is-sena li ġejja.

Wara dawn iċ-ċifri aggregati, hemm irkupru irregolari madwar il-pajjiżi tal-UE - xi wħud qed jirpiljaw aktar malajr minn oħrajn. Dan jirrifletti d-differenzi fid-daqs tal-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom dawn l-ekonomiji (per eż. kemm waqgħu l-prezzijet tad-djar, liema setturi jeħtieġu ristrutturazzjoni) u aġġustament kontinwu fl-UE u ż-żona ewro.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli