Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-ġestjoni tal-kriżijiet fis-settur bankarju - 20/10/2010

Bank © istock/ilbusca

Qafas tal-UE ġdid għall-ġestjoni tal-kriżijiet fis-settur finanzjarju biex il-problemi jkunu ġestiti qabel ma jintilef il-kontroll tagħhom.

Wara l-esperjenza tal-kriżi finanzjarja globali, l-UE temmen li għandha bżonn toħloq miżuri biex tevita li sitwazzjoni bħal din terġa' tirrepeti ruħha. Is-settur bankarju huwa qasam li għandu bżonn riforma, billi dan għandu bżonn jibqa' stabbli ukoll meta jkun hemm nuqqas u m'għandux jorbot fuq ippleġġjar.

Waqt il-kriżi deher ċar li problema f'bank partikolari tista' tinxtered fis-settur finanzjarju kollu - u f'iktar minn pajjiż wieħed. F'ħafna każi il-gvernijiet tal-UE kellhom jonqfu l-flus tal-kontribwenti biex isaħħu l-banek il-kbar.

Dak iż-żmien, dawn kienu kkunsidrati tant kbar li l-falliment tagħhom kien iwassal għal problemi ikbar - inkluż dannu finanzjarju għal miljuni ta' klijenti. L-għajnuna mill-Istat għall-banek waqt din il-kriżi ammontat għal 13% tal-prodott gross domestiku tal-UE.

Bħala parti mir-riformi, il-Kummissjoni qed tipproponi sistema ta' koordinazzjoni superviżorja fost ir-regolaturi u l-gvernijiet tal-UE biex jiġu identifikati u affrontati il-banek f'diffikoltà. Ebda bank m'għandu jkun "kbir wisq biex ifalli" jew b'wisq interkonnessjonijiet biex ifalli.

Il-banek li joperaw f'iktar minn pajjiż wieħed tal-UE se jkunu sorveljati iktar. L-Awtorità Bankarja Ewropea l-ġdida se tgħin lir-regolaturi nazzjonali waqt sitwazzjoni ta' kriżi.

Il-banek se jkunu mitluba jikkontribwixxu għal fond nazzjonali biex iħallsu għall-ispejjeż tal-ġestjoni tal-fallimenti tal-banek. Miżuri oħra jinkludu:

  • il-ħtieġa li kemm l-istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll il-gvernijiet ikollhom pjanijiet biex jaffrontaw diffikultajiet finanzjarji serji jew fallimenti.
  • l-għotja tas-setgħa lir-regolaturi biex ikunu jistgħu jġiegħlu bank bi problema jbiddell il-maniġers tiegħu, jimplimenta pjan ta' rkupru u jnaqqas l-operazzjonijiet li fihom riskju eċċessiv.
  • jippermetti lill-awtoritajiet li jordnaw akwiżizzjoni ta' bank jew impriża li qed tfalli minn bank jew impriża oħra, jew it-trasferiment tan-negozju kollu tagħha jew parti minnu lejn "bank tranżitorju". Din il-miżura tħalli s-servizzi essenzjali ta' bank ikomplu waqt li jimmaniġja l-falliment tiegħu sew.

Il-proposti huma parti minn pakkett ta' leġiżlazzjoni ppjanati għar-rebbiegħa 2011 għall-ġestjoni ta' kriżijiet futuri fis-settur bankarju u tal-investiment.

Iktar dwar il-ġestjoni tal-kriżi fis-settur bankarju DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli