Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Taxxi fil-livell globali u tal-UE fuq is-settur finanzjarju jistgħu jgħinu biex jiffinanzjaw sfidi internazzjonali bħall-iżvilupp u t-tibdil fil-klima u jistgħu jikkumpensaw għall-effetti tal-kriżi ekonomika globali.
Il-proposta tikkonsisti f'żewġ tipi ta' taxxi. L-ewwel waħda - fil-livell tal-UE - tkun taxxa fuq l-attivitajiet finanzjarji fuq is-settur finanzjarju tal-UE, waqt li l-oħra tkun taxxa globali fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji.
Billi l-banek u l-kumpaniji li joffru servizzi finanzjarji kienu parti ewlenija mill-kawża tal-kriżi u rċevew appoġġ sostanzjali mill-gvernijiet f'dawn l-aħħar sentejn, it-taxxa tkun mod kif dawn iħallsu lura l-parti tagħhom tal-ispejjeż tal-irkupru.
Barra minn hekk, is-settur finanzjarju ma jħallasx ħafna taxxi meta mqabbel ma' setturi oħra tal-ekonomija. Pereżempju, ħafna banek huma eżenti mill-VAT u jirċievu benefiċċji preferenzjali oħra. Id-dħul minn din it-taxxa jkun jista' jiżgura li s-settur finanzjarju jagħmel il-kontribut ġust tiegħu lejn il-baġits pubbliċi.
Sadanittant, taxxa internazzjonali fuq il-kummerċ finanzjarju tista' tkun mod ieħor kif jinġabar dħul ġdid. Din tista' tintuża biex tiffinanzja politiki globali bħall-għajnuna għall-iżvilupp jew il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Il-Kummissjoni se tagħmel ukoll valutazzjoni tal-impatt ta' taxxa bħal din fuq l-ekonomija.
Il-gvernijiet tal-UE se jikkunsidraw iż-żewġ possibilitajiet qabel is-samit li jmiss tal-20 pajjiż l-iktar għani fid-diinja (G20) f'Novembru li ġej, fejn se tkun ippreżentata pożizzjoni komuni tal-UE.