Mogħdija tan-navigazzjoni

Regoli iktar stretti għall-iżbilanċ tal-infiq tal-gvernijiet - 29/09/2010

Mazzi ta' flus @ EU

Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni ressqet proposta finanzjarja biex issaħħaħ u tespandi l-għodod attwali għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u fiskali fl-UE.

Il-proposti għandhom l-għan li jsaħħu il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (SGP) - b'mod partikolari b'ħarsa mill-qrib lejn id-dejn pubbliku u s-sostenibbiltà fiskali - jestendu s-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi u jagħmlu l-infurzar iktar effettiv permess tal-użu ta' sanzjonijiet u inċentivi.

Il-proposti m'għandhomx bżonn tibdil fit-Trattat tal-UE, iżda xorta waħda jkollhom bżonn l-approvazzjoni tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.

Is-sorveljanza tal-livelli tad-dejn pubbliku

Valur referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn se jsir operattiv biex ikun żgurat li l-pajjiżi jirrispettaw ir-regola tas-SGP li ma jkollhomx dejn ogħla minn 60% tal-PGD. Il-membri tal-UE bi proporzjon ta' dejn ogħla minn 60% tal-PGD jisgħtu jkunu soġġetti għal "proċedura ta' żbilanċ eċċessiv" wara analiżi ta' fatturi differenti li għandhom effett fuq il-kwalità tad-dejn u l-prospetti futuri tal-pajjiż.

It-tisħiħ tal-oqsma fiskali nazzjonali

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li ssaħħaħ l-oqsfa fiskali nazzjonali u tallinjahom aħjar mar-regoli ta' governanza ġodda. Ir-riformi jistgħu jinkludu l-iżgurar ta' kontabbiltà konsistenti, l-allinjament tar-regoli fiskali nazzjonali mal-obbligi tat-Trattat tal-UE, it-tibdil għal pjanifikazzjoni baġitarja multiannwali u l-iżgurar li s-sistema kollha tal-finanzi tal-gvern tkun koperta mill-qafas fiskali.

Il-prevenzjoni u l-aġġustament tal-iżbilanċi makroekonomiċi

Lezzjoni oħra li ħadna mill-kriżi hi li l-politika fiskali m'għandhiex tkun ittrattata waħedha. Għalhekk, sorveljanza makroekonomika mtejba iktar wiesgħa biex ikunu evitati l-iżbilanċi kbar u diverġenzi kbar u persistenti fil-kompetittività se jinkludu valutazzjoni regolari u mekkaniżmu ta' twissija. Ladarba tinbeda twissija, il-Kummissjoni se tagħmel analiżi u rakkomandazzjonijiet speċifiki għall-pajjiż lill-Kunsill dwar kif għandhom ikunu indirizzati l-iżbilanċi. Tista' wkoll toħroġ twissija bikrija lill-pajjiż innifsu. F'każijiet partikolarment serji, il-Kummissjoni tista' tirrakomanda li l-pajjiż membru jitqiegħed "f'pożizzjoni ta' żbilanċi eċċessivi", u b'hekk ikollha sorveljanza iktar stretta tal-azzjoni korrettiva.

Infurzar iktar b'saħħtu

L-infurzar iktar b'saħħtu huwa parti ewlenija mill-proposti li jipprevedu wkoll sett ta' sanzjonijiet gradwali għall-pajjiżi li ma jikkonformawx. Depożiti li ma jġibux interess se jkunu maqluba f'multi fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ripetuta.

Iktar dwar il-governanza ekonomika fl-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli