Mogħdija tan-navigazzjoni

In-negozju tal-prodotti finanzjarji - regoli ġodda għal swieq aktar sikuri - 15/09/2010

Ir-riforma tal-UE hija rispons għall-kriżi finanzjarja globali © AP

Proposti tibdiliet fir-regoli tal-UE li jżidu s-sigurtà u t-trasparenza tal-bejgħ skopert u n-negozju tad-derivattivi barra l-Borża.

Ir-riforma hija parti minn serje ta' passi li qed tieħu l-Kummissjoni biex toħloq sistema finanzjarja aktar armonizzata għall-UE wara l-kriżi ekonomika globali

Il-proposti, imħabbra llum, inaqqsu r-risku u jgħinu fil-koordinament ta' azzjoni preventiva fost il-pajjiżi tal-UE, qal Michel Barnier, il-Kummissarju tas-suq intern.

Wieħed mir-regolamenti abbozzati jirrikjedi l-investituri jgħaddu l-kummerċ fid-derivattivi barra l-Borża DeutschEnglishfrançais minn kontropartijiet ċentrali. In-negozju jkollu jiġi rrappurtat f'arkivji ċentrali reġistrati skont ir-regolament tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq il-ġdida.

It-tieni regolament jirrikjedi li l-bejgħ skopert kollu ta' titoli jkun immarkat biex jingħaraf x'inhu fl-iskambji kummerċjali. L-investituri li jkollhom limiti speċifiċi ta' sigurtà "shorted" ikollhom juru l-pożizzjonijiet tagħhom lir-regolaturi u s-suq. Il-proposta tirregola wkoll ix-"short positions" fuq id-dejn sovran miksub permezz ta' credit default swaps.

Il-proposti issa jgħaddu għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji għall-kunsiderazzjoni tagħhom.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli