Mogħdija tan-navigazzjoni

Skemi ta' garanzija tad-depożiti - it-tieni parti - 12/07/2010

Karus u karti tal-ewro ©EU

Proposti biex jittejjeb il-ħarsien għal dawk li għandhom kont il-bank u l-investituri mhux professjonali, u biex jinħolqu skemi simili għall-poloz tal-assigurazzjoni.

Il-Kummissjoni ressqed regoli ġodda llum biex tipproteġi l-klijenti tal-banek, kumpaniji tal-investiment jew kumpaniji tal-assigurazzjoni li jfallu - parti minn sforz biex jerġa' jkun hemm fiduċja fis-servizzi finanzjarji.

Il-pakkett DeutschEnglishfrançais huwa l-aktar ħaġa reċenti f'kollezzjoni dejjem tikber ta' leġiżlazzjoni tal-UE mnibbta mill-kriżi finanzjarja u bl-għan li l-industrija ssir aktar trasparenti u responsabbli.

Hemm parti li tikkonċerna liġi tal-UE li tirrikjedi li l-pajjiżi jkollhom fis-seħħ skemi ta' finanzjament biex id-depożitanti jieħdu flushom lura jekk il-bank ifalli u li jistipulaw garanzija minima.

Is-sena l-oħra l-UE għolliet il-minimu minn €20,000 għal €50,000 fi proċess maqsum f'żewġ passi li għandu jwassal għal kopertura ta' €100,000 sa tmiem din is-sena.

Il-garanzija fissa aktar għolja għandha tevita l-assalti bankarji kkawżati minn klijeti li jieħdu d-depożiti tagħhom lejn pajjiżi b'kopertura aħjar - kif għamlu fl-2008 waqt l-ewwel ġimgħat ta' paniku tal-kriżi fl-Ewropa.

Ir-regoli l-ġodda jistipulaw data ta' skadenza iqsar għar-rimbors tad-depożitanti. Bħalissa l-banek għandhom tliet xhur. Il-Kummissjoni trid li l-klijenti jitħallsu fi żmien ġimgħa wara li jfalli l-bank - kif jiġri fl-Istati Uniti.

Proposta oħra għandha l-għan li tħeffef it-tħassib dwar jekk l-iskemi nazzjonali ta' garanziji fuq id-depożitu għandhomx fondi bizzejjed. Il-banek ikollhom iħallsu fl-iskemi fuq bażi regolari, u l-banek b'riskju akbar ikollhom jagħmlu kontribuzzjonijiet akbar. F'mumenti ta' bżonn, l-iskemi jkunu jistgħu jisselfu minn xulxin.

Il-liġi riveduta - li mhijiex limitata għall-kontijiet tal-partikolar - testendi l-kopertura għan-negozji, attwalment esklużi minn xi skemi nazzjonali. Tkun tippermetti wkoll rimbors f'muniti oħra.

Il-Kummissjoni trid tibdil tal-istess tip fl-iskemi tal-kumpens tal-investituri. Dawn l-iskemi joffru ħarsien mill-frodi, prattika qarrieqa jew problemi bis-sistemi operattivi - iżda mhux mir-riskju tal-investiment.

Il-kumpens pagabbli lill-investituri jitla' minn minimu ta' €20,000 għal livell fiss ta' €50,000. Għandu jkun hemm protezzjoni akbar minn frodi bħal ta' Madoff.

Il-proposti huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kunsill u l-Parlament.

Ġew imħabbra wkoll pjanijiet biex tiġi estiża protezzjoni simili lill-polzi tal-assigurazzjoni. Xi pajjiżi diġà għandhom skemi ta' garanziji tal-assigurazzjoni imma m'hemmx regoli li jgħoddu għall-UE kollha. Bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika DeutschEnglishfrançais.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli