Mogħdija tan-navigazzjoni

L-aħħar rapport dwar it-tendenzi tat-tassazzjoni fl-UE - 28/06/2010

Dehra mill-viċin ta' formola tad-dwana © EU

Ir-rapport ta' Eurostat li għadu kif ħareġ juri li l-kriżi wasslet għat-tnaqqis ta' ċerti taxxi.

Ir-rapport Deutsch (de) English (en) français (fr) hu bbażat fuq l-irċevuti tat-taxxa tal-2008, għalhekk għadu mhux ċar l-effett sħiħ tal-kriżi. Biex jagħti stampa aktar sħiħa, hu jagħti ħarsa wkoll lejn kif il-kriżi bidlet il-politika tat-taxxi, billi jikkunsidra l-miżuri introdotti fosthom dawk li ddaħħlu reċentement din ir-rebbiegħa.

B'mod ġenerali l-Ewropej kellhom tnaqqis mit-taxxi fl-2008, prinċipalment permezz ta' tnaqqis fit-taxxi korporattivi u personali peress li l-gvernijiet ipprovaw itaffu l-effett tal-kriżi ekonomika. Iżda l-piż tat-taxxa f'27 nazzjon tal-UE jibqa' bħala medja għoli meta mqabbel mal-bqija tad-dinja – prinċipalment minħabba s-sistemi estensivi assistenzjali.

Il-piż ma jidhirx li se jonqos fis-snin li ġejjin, billi l-parti l-kbira tal-pajjiżi attwalment magħfusin għal flus kontanti wara li nefqu ħafna biex jagħmlu tajjeb għall-ekonomiji tagħhom.

Fl-2008, madwar 39.3% tal-prodott gross domestiku marru fil-kaxxi tal-gvernijiet - l-ewwel darba f'erba' snin li r-relazzjoni tat-taxxa naqset (b'inżul ta' 0.4 punti tal-persentaġġ mill-2007). Anki dan, xorta waħda kien terz ogħla minn tal-Istati Uniti u tal-Ġappun.

Ir-relazzjoni tad-dħul mit-taxxa mal-PGD hi ferm differenti min-naħa għall-oħra tal-UE, b'firxa ta' 28% fir-Rumanija għal 48.2% fid-Danimarka, u b'tendenza li tkun ogħla f'pajjiżi li ilhom aktar fl-UE.

Ħafna pajjiżi taw nifs lill-kontributuri tat-taxxa fuq id-dħul ta' flus personali, frekwentement permezz ta' żidiet fl-għajnuniet milli bi tnaqqis tar-rati, billi l-gvernijiet ipprovaw isaħħu l-infiq tal-familji biex jistimulaw l-ekonomiji tagħhom.

L-ogħla rati għad-dħul ta' flus personali kienu fl-Iżvezja (56.4%), fil-Belġju (53.7%) u fil-Pajjiżi l-Baxxi (52.0%), u l-aktar baxxi fil-Bulgarija (10.0%), ir-Repubblika Ċeka u l-Litwanja (it-tnejn li huma 15.0%).

Ir-rati ta' taxxi korporattivi – li kienu qed jonqsu għal snin sħaħ – baqgħu l-istess jew naqsu. Ir-rata medja hi attwalment ta' 23.2%, imqabbla ma' 35.3% fl-1995.

Ir-rata standard medja tal-VAT telgħet għal 20.2% fl-2010 minn 19.8% fl-2009. Din kienet 19.2% fl-2000.

It-taxxi tax-xogħol – it-taxxa tad-dħul ta' flus personali u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali meqjusin flimkien – jirrappreżentaw madwar 34% tal-irċevuti totali tat-taxxa, kważi l-istess bħalma kienu qabel.

Id-dħul ta' flus mit-taxxi tal-konsumaturi, li jammontaw għal madwar kwart mill-irċevuti tat-taxxa, naqsu b'0.7 punti tal-persentaġġ fl-2008, l-akbar tnaqqis irreġistrat għal sena waħda u miżura tas-severità tal-kriżi.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli