Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġenda tal-UE fis-samit tal-G20: Tkabbir ekonomiku sostenibbli u riforma finanzjarja - 25/06/2010

Samit tal-G20, Toronto, Kanada © SMO

Il-mexxejja tal-G20, il-ministri tal-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali se jiltaqgħu f'Toronto fis-26 u s-27 ta' Ġunju biex jiddiskutu l-irkupru mill-kriżi finanzjarja dinjija.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso se jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea, flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew Herman van Rompuy. Se jivvjaġġaw f'Toronto bi prijoritajiet ċari f'moħħhom għall-UE.

Fil-quċċata tal-aġenda tagħhom insibu mod kif jista' jiġi żgurat tkabbir ekonomiku b'saħħtu u sostenibbli. L-UE u l-membri l-oħra tal-G20 jaqblu dwar il-bżonn li għandha tiġi żviluppata strateġija koordinata biex noħorġu mill-kriżi attwali li tiżgura politiki u finanzi pubbliċi sostenibbli f'terminu ta' żmien medju u twil.

L-UE għandha l-għan li tagħmel iktar progress fir-riforma tas-swieq finanzjarji. Dan urietu fid-dikjarazzjoni li se tiżvela t-testijiet tagħha tal-pressjoni tal-banek f'Lulju.

L-UE diġà stiednet lill-Istati Membri tagħha jdaħħlu taxxa fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Din il-kwistjoni tinsab ukoll fl-aġenda. Din it-taxxa tista' tinkuraġġixxi li l-piż jinqasam u tipprovdi inċentiv lill-atturi finanzjarji biex jillimitaw ir-riskji. Barra minn hekk l-UE tisħaq li d-diskussjonijiet dwar din it-taxxa, kif ukoll taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji globali, għandha tkompli wkoll fil-livell internazzjonali biex kulħadd ikun fl-istess livell.

L-UE tispera li l-laqgħa f'Toronto se twitti t-triq għal progress reali fis-samit tal-G20 f'Seoul f'Novembru 2010, inkluż l-appoġġ ta' kummerċ dinji mingħajr xejriet protezzjonisti.

Il-G20 twaqqaf fl-1999 u jgħaqqad lill-mexxejja politiċi u finanzjarji minn 19-il pajjiż u mill-Unjoni Ewropea. Il-G20 jirrappreżenta madwar 90% tal-prodott gross nazzjonali u 80% tal-kummerċ dinji.

Segwi lill-President Barroso fis-samit

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli