Mogħdija tan-navigazzjoni

Problemi ta' dejn, taxxi bankarji u pjan ta' żvilupp jiddominaw is-samit tal-UE - 18/06/2010

Dehra f'mera ta' waħda mill-faċċati tal-bini tal-Kunsill fi Brussell © EU

Il-mexxejja jaġixxu biex tinbena mill-ġdid il-fiduċja fl-istabbiltà finanzjarja Ewropea u jirrinforzaw il-governanza ekonomika.

Il-mexxejja tal-UE ddeċidew li jippubblikaw b'mod pubbliku r-riżultati ta' testijiet li għaddejjin dwar il-banek Ewropej biex is-swieq jiġu żgurati li l-blokk hu finanzjarjament stabbli minkejja l-piż tad-dejn li qed jagħfas fuq il-pajjiżi.

Il-president tal-Kummissjoni Jose Manuel Barroso ħeġġeġ b'mod qawwi lill-mexxejja tal-UE biex juru r-riżultati tal-hekk imsejħa testijiet tal-istress, li jindikaw jekk bank hux kapaċi jirreżisti għal xokkijiet fl-ekonomija.

Hu qal: "Dan għandu jassigura lill-investituri billi jew jitneħħa s-suspett bla bażi jew inkella billi jiġu ttrattati l-problemi li għad baqa' u li jistgħu jeżistu." Ħamsa u għoxrin mill-akbar banek Ewropej qed jiġu vverifikati u r-riżultati mistennija jingħataw f'nofs Lulju.

Il-mexxejja jaqblu wkoll li għandhom jitrażżnu gvernijiet li jonfqu aktar milli jifilħu, filwaqt li qed itellgħu u jniżżlu dwar is-sanzjonijiet il-ġodda kontra min jikser ir-regoli, qablu wkoll li għandu jkun hemm skrutinju eqreb tal-livelli tad-dejn u aktar superviżjoni tal-politiki ekonomiċi ta' xulxin.

Qabel is-samit tal-ġimgħa ddieħla tal-G20 f'Toronto, huma qed jiddikjaraw l-appoġġ tagħhom għal taxxi fuq l-istuzzjonijiet finanzjarji biex jiġu kkontrollati r-riskji u biex il-kontributuri tat-taxxa ma jkollhomx jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż ta' nuqqasijiet bankarji fil-ġejjieni. Qablu wkoll li jpoġġu pressjoni fuq il-mexxejja dinjija biex tiġi studjata l-possibbiltà ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji.

Id-deċiżjonijiet saru waqt samit fi Brussell fis-17 ta' Ġunju li ra wkoll l-adozzjoni ta' pjan biex jiġi xprunat l-iżvilupp matul l-għaxar snin li ġejjin u l-qbil biex jiġu imposti aktar sanzjonijiet kontra l-Iran minħabba l-programm nukleari tiegħu. L-Islanda ngħatat permess li tkompli bl-isforz tagħha għas-sħubija fl-UE, filwaqt li l-Estonja se tadotta l-ewro s-sena d-dieħla.

Il-kriżi ħolqot rovina fil-finanzi pubbliċi, bi gvernijiet jissellfu bl-addoċċ biex isalvaw il-banek u jistimulaw l-iżvilupp. Issa li l-ekonomija qed tissewwa, l-istrateġija Europa 2020 DeutschEnglishfrançais qed tipprova tixxiftja l-enfasi minn infiq ta' stimulu għal dixxiplina baġitarja u ta' riforma strutturali.

Din hi l-ewwel darba fl-UE li l-pjan jinħtieġ li l-gvernijiet jissettjaw miri nazzjonali - appoġġati bi pjanijiet iddettaljati - biex l-UE tiġi mgħejjuna ħalli jirnexxilha twettaq il-miri kwantitattivi dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni, il-faqar, it-tibdil fil-klima u r-riċerka u l-iżvilupp. Il-prestazzjoni se tkun sorveljata.

 

Strateġija għall-iżvilupp Ewropa 2020 DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli