Mogħdija tan-navigazzjoni

Settur finanzjarju: nevitaw kriżi oħra fil-ġejjieni - 02/06/2010

Tbassir tal-qligħ skont Standard and Poor's fl-Istock Exchange ta' New York © Reporters

Leġiżlazzjoni ġdida għas-sorveljanza pan-Ewropea tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u dibattitu pubbliku dwar kif jitmexxew l-istituzzjonijiet finanzjarji.

Bħala parti mis-sistiema l-ġdida tal-UE dwar is-sorveljanza tal-industrija finanzjarja (approvata s-sena l-oħra mill-mexxejja tal-UE), diġà kien hemm pjan li jiġu abbozzati regoli dwar l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu DeutschEnglishfrançais . Iżda dawn waslu waqt talbiet ġodda għal sorveljanza aktar stretta ta' dawn il-kumpaniji privati.

L-investituri jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq dawn l-aġenziji biex jipprovdu l-informazzjoni dwar ir-riskju tal-assi. L-aġenziji huma importanti għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji u għandhom impatt enormi fuq id-disponabbiltà u l-prezz tal-kreditu. Ġew ikkritikati minħabba li komplew jikkawżaw il-kriżi finanzjarja billi taw stima baxxa wisq tar-riskji, u, dan l-aħħar, talli aġixxew b'mod li kompla żied il-kriżi ta' dejn fil-Greċja.

S'issa, il-parti l-kbira tas-sorveljanza finanzjarja kienet qed issir fuq livell nazzjonali. Is-sistema l-ġdida titlob għall-ħolqien ta' awtorità superviżorja Ewropea DeutschEnglishfrançais li jkollha d-dritt ta' sorveljanza diretta u esklussiva fuq l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati fl-UE, inklużi l-fergħat Ewropej tal-aġenziji bbażati barra l-UE. Tlieta mill-aġenziji l-aktar popolari - Fitch, Moody's u Standard & Poor's - għandhom il-kwartieri ġenerali fi New York.

Skont il-miżuri diskussi llum, l-awtorità tat-titoli li mistennija tkun qed tiffunzjona mhux aktar tard mill-2011, għandu jkollha s-setgħa tniedi investigazzjonijiet, tagħmel spezzjonijiet u timponi penaltajiet u ċitazzjonijiet. Istituzzjonijiet tal-kreditu, banek u kumpaniji tal-investiment ikollhom juru ċertu tagħrif lill-aġenziji li ma jużawx, biex dawk l-aġenziji jkunu jistgħu jipproduċu klassifikazzjonijiet indipendenti.

Ħafna jemmnu li sorveljanza ċentralizzata tal-aġenziji għandha twassal għal aktar trasparenza fil-ħidmiet, aktar ħarsien għall-investituri u iżjed kompetizzjoni fl-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Il-Kummissjoni nediet ukoll konsultazzjoni pubblika DeutschEnglishfrançais dwar ir-regoli ta' governanza korporattiva għas-settur finanzjarju, inklużi kemm il-banek kif ukoll il-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Il-mistoqsijiet jinkludu kif għandhom jiġu sorveljati maniġers għolja u kif għandhom jiġu involuti s-superviżuri fil-governanza korporattiva.

L-UE qed tfittex ukoll tagħrif dwar kif għandhom jitħallsu l-bankiera mingħajr ma jitħeġġu wisq ir-riskji. Il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet dwar il-politiki ta' remunerazzjoni iżda żewġ rapporti tal-UE ppubblikati llum juru li bosta pajjiżi għad iridu jaġixxu skont il-pariri.

Aktar tagħrif dwar il-liġi tal-kumpaniji u l-governanza korporattiva DeutschEnglishfrançais

Aktar tagħrif dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli