Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" applikat għall-banek - 26/05/2010

Flus f'karus ©EU

Il-Kummissjoni qed tipproponi taxxa fuq il-banek biex tkopri l-ispejjeż tal-likwidazzjoni tal-banek li jfallu

Il-proposta tirrappreżenta l-ewwel sforz konkret tal-Kummissjoni biex issawwar strateġija komuni rigward it-taxxi fuq il-banek, strument li sar popolari mal-gvernijiet tal-UE wara l-kriżi finanzjarja. In-nuqqas ta' regoli fil-livell tal-UE jista' jwassal ukoll għal żbilanċi kompetittivi bejn is-swieq bankarji nazzjonali. Jhedded ukoll li jfixkel il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri fl-avveniment ta' kriżi oħra.

Skont il-pjan, il-gvernijiet jużaw id-dħul mit-taxxi fuq il-banek biex iwaqqfu fondi li joperaw taħt sett ta' regoli komuni. Il-fondi jistgħu jintużaw ukoll biex il-fallimenti tal-banek jiġu riżolti b'mod xieraq.

Il-flus għandhom jgħinu biex jiġu koperti l-ispejjeż bħall-miżati legali, l-operazzjonijiet temporanji, u l-akkwist u l-ġestjoni ta' assi ħżiena. Billi jkun hemm sors disponibbli ta' flus, dawn il-fondi ta' riżoluzzjoni tal-banek DeutschEnglishfrançais għandhom jgħinu jikkontrollaw il-kriżi u jevitaw il-bejgħ b'emerġenza tal-assi.

Għadd ta' pajjiżi, inklużi l-Ġermanja u l-Iżvezja, daħħlu, jew qed jikkunsidraw idaħħlu t-taxxi fuq il-banek. Iżda għad m'hemmx kunsens dwar l-ammont tat-taxxa jew kif għandhom jintużaw il-flus. Xi pajjiżi jridu jużaw il-fondi biex jilqgħu kontra kriżijiet futuri tal-banek jew biex jiġu f'tagħhom wara t-telf mill-kriżi attwali. Oħrajn qed jaraw it-taxxi fuq il-banek bħala mod biex inaqqsu d-defiċits tagħhom.

Il-kummissarju għas-suq waħdieni Michel Barnier qal li l-fondi mhumiex politika ta' assigurazzjoni, użata biex tirfed il-banek f'sitwazzjoni diffiċli. Minflok, mistenni li jgħinu jevitaw li l-għajnuniet biex jiġu salvati l-banek jitħallsu minn dawk li jħallsu t-taxxi u ma tiġix milquta l-industrija kollha tal-banek minħabba l-falliment ta' wieħed minnhom.

"Nemmen fil-prinċipju "min iniġġes iħallas". Jeħtieġ nibnu sistema li tiżgura li s-settur finanzjarju jħallas l-ispiża tal-kriżijiet bankarji fil-futur," qal Barnier.

Matul il-kriżi finanzjarja, il-gvernijiet fl-Ewropa u fid-dinja kollha nefqu ammonti kbar ta' fondi pubbliċi biex isalvaw il-banek u jsaħħu l-ekonomiji tagħhom.

Għalissa t-taxxa se tkun limitata għall-banek. Mhix se tapplika għall-fondi ta' investiment jew l-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet tal-bank jistgħu jkunu bbażati fuq l-obbligazzjonijiet, l-assi jew il-profitti tagħhom - il-metodu preċiż għad irid jiġi determinat. L-ammont ukoll għadu qed jiġi diskuss. Il-Fond Monetarju Internazzjonali qed jissuġġerixxi bejn 2% u 4% tal-PGD.

Il-proposta tikkomplementa l-pjan tal-UE għall-ġestjoni ta' kriżijiet finanzjarji futuri, li titlob iktar superviżjoni, governanza korporattiva aħjar u regolamenti iktar stretti.

L-UE qed tikkunsidra li tippreżenta l-idea lill-Grupp ta' 20 bħala mod kif jiġu indirizzati l-banek f'diffikultà. Il-mexxejja tal-UE huma mistennija jiddiskutu l-proposta f'Ġunju qabel is-samit tal-G20 f'Toronto iktar tard dak ix-xahar.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli