Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Estonja lesta għall-ewro - 12/05/2010

Tallinn, il-belt kapitali tal-Estonja ©EU

Tmien pajjiżi oħra għadhom mhux lesti biex jidħlu fiż-żona ewro.

Sitt snin wara li ngħaqdet mal-UE, l-Estonja laħqet ir-rekwiżiti biex tadotta l-ewro.

Illum il-Kummissjoni ħabbret li se tirrakkomanda lill-gvernijiet tal-UE biex jippermettu lill-pajjiż idaħħal il-munita ewro f'Jannar tas-sena d-dieħla. L-Estonja, li bħalissa tuża l-kroon, se tkun is-17-il nazzjon li se tadotta l-ewro.

L-aħbar kienet akkumpanjata b'rapport ġdid English li juri li tmien pajjiżi oħra tal-UE - il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Iżvezja - għadhom ma ssodisfawx il-kondizzjonijiet biex jingħaqdu maż-żona ewro. Ir-Renju Unit u d-Danimarka għażlu li ma jingħaqdux maż-żona ewro.

Biex jikkwalifikaw, il-kandidati għandu jkollhom finanzi pubbliċi sodi kif ukoll prezzijiet u rata tal-kambju stabbli. Ir-rati tal-interess tagħhom għandhom ikunu baxxi wkoll, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kwistjonijiet monetarji għandha tkun konformi mal-liġi tal-UE.

L-ewro kienet introdotta fid-dinja tas-swieq finanzjarji fl-1999. Il-muniti u l-karti tal-flus bdew jiċċirkolaw tliet snin wara.

L-aħħar pajjiż li adotta l-ewro kien is-Slovakkja, fl-2009. Madwar 329 miljun persuna issa jużaw l-ewro kuljum, kważi żewġ terzi tal-popolazzjoni tal-UE ta' madwar 500 miljun persuna.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli