Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tkabbir tal-PGD fl-UE mistenni jaqbad jitla' bil-mod, għalhemm l-irkupru jidher inqas b'saħħtu minn irkupri oħra.
Ir-reċessjoni spiċċat fit-tielet kwart tal-2009, grazzi l-aktar għal miżuri fiskali u monetarji li stimulaw l-ekonomija. Iżda, skont it-tbassir ekonomiku l-aktar reċenti tal-UE, xi fatturi temporanji kellhom sehem ukoll.
Fl-2010, l-ekonomija tal-UE tidher li se tikber
b'1% - ¼ ta' punt perċentwali aktar minn dak li kienet bassret il-Kummissjoni fil-ħarifa. Iż-żieda ġejja sa ċertu punt minn ekonomija globali aktar b'saħħitha. Fl-2011, il-PGD mistenni jespandi b'1¾%.
Il-veloċità tal-irkupru se tkompli dejjem tvarja minn pajjiż għal ieħor tal-UE. Dan jirrifletti ċ-ċirkostanzi u l-politiki individwali.
Il-qgħad żdied f'daqqa waqt ir-reċessjoni, għalkemm ħarira inqas minn dak li kien maħsub fil-ħarifa li għaddiet. Din is-sena, il-qgħad fl-UE mistenni jilħaq 10% u mbagħad jieqaf.
Il-finanzi pubbliċi ntlaqtu bis-saħħa fil-kriżi. Filwaqt li d-defiċits baġitarji nazzjonali mistennija jilħqu livell massimu ta' 7¼% tal-PGD din is-sena, il-proporzjon tad-dejn pubbliku mal-PGD mistenni jkompli jikber.
L-inflazzjoni rkuprat ftit mil-livelli ferm baxxi tal-2009, iżda t-tnaqqis fl-ekonomija x'aktarx li se jżomm ir-riedni tal-pagi u ż-żidiet fil-prezzijiet. Din is-sena, l-inflazzjoni mistennija tilħaq 1¾% fl-UE u 1½% fiż-żona ewro.
L-irkupru tal-UE għadu mdawwar minn livell għoli ta' inċertezza, kif juru ċerti tensjonijiet reċenti fis-swieq tal-bonds governattivi. Kollox ma' kollox, l-inċertezzi dwar it-tbassir huma ekwilibrati.
Il-Kummissjoni normalment tippubblika tbassir ekonomiku 4 darbiet fis-sena - tbassir komplet tar-rebbiegħa u tal-ħarifa kif ukoll tbassir intermedjarju iżgħar fi Frar u f'Settembru.