Mogħdija tan-navigazzjoni

Adottati l-miri ekonomiċi tal-Ewropa għall-2020 - 26/03/2010

Il-faċċata riflessa tal-bini tal-Kunsill fi Brussell © EU

Il-mexxejja tal-UE jaqblu li jikkooperaw aktar dwar il-politika ekonomika - parti minn strateġija biex jagħtu spinta għal aktar tkabbir tul l-għaxar snin li ġejjin.

Id-deċiżjoni ntlaħqet waqt laqgħa fi Brussell, l-ewwel diskussjoni formali tal-mexxejja dwar l-istrateġija 'Europe 2020' li introduċiet il-Kummissjoni x-xahar li għadda.

Fi stqarrija konġunta, huma qalu li qablu dwar il-parti l-kbira tal-elementi tal-pjan propost, inkluża koordinazzjoni ikbar ta' politika nazzjonali u Ewropea Huma qalu li hemm bżonn ta' aktar kooperazzjoni ekonomika biex nirkupraw mill-kriżi finanzjarja u nilqgħu sfidi fit-tul bħall-globalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-popolazzjoni li qed tixjieħ.

Aċċettaw ukoll tliet miri kwantitattivi għaż-żieda tal-livelli ta' impjieg - spinta fl-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp u li jintleħqu l-impenji ambjentali tal-UE. Żewġ miri oħra li pproponiet il-Kummissjoni - li jiżdiedu l-livelli tal-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali - se jiġu diskussi fis-samit ta' Ġunju.

Kif irrakkomandat il-Kummissjoni, il-mexxejja qablu li l-miri li jinvolvu l-UE kollha għandhom jinqasmu f'miri nazzjonali separati, ħaġa li ma kinetx issir fl-istrateġija ekonomika ta' 10 snin li għaddiet. Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi fid-deċiżjonijiet ta' dawn il-miri nazzjonali, u l-gvernijiet tal-UE għandu jkollhom id-deċiżjoni aħħarija.

Il-mexxejja qalu li se jħarsu lejn iċ-ċifri f'Ġunju u jikkunsidraw azzjoni fil-livell tal-UE biex jagħlqu kwalunkwe distakki li jista' jkun hemm bejn il-miri tal-UE u l-għadd tal-miri nazzjonali.

Il-gvernijiet tal-UE ntalbu wkoll jissottomettu pjanijiet fid-dettall ta' kif bi ħsiebhom jilħqu l-miri tagħhom. Dawn il-'programmi ta' riforma nazzjonali' għandhom jindirizzaw ukoll ostakli fundamentali fil-kobor ekonomiku. L-andament se jkun immonitorjat, b'rapporti annwali li jiġu ppubblikati fil-livell tal-UE.

Wara l-ftehim taż-żona ewro dwar pjan ta' salvataġġ għall-Greċja, il-kunsill staqsa wkoll lill-Kummissjoni biex tippreżenta ruħha f'Ġunju bi proposti dwar kif nistgħu ntejbu l-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi li jużaw il-munita. L-ewro tilfet il-valur f'dawn l-aħħar xhur, u l-investituri huma inkwetati dwar id-dejn nazzjonali għoli tal-Greċja u pajjiżi oħra.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli