Mogħdija tan-navigazzjoni

Ewropa 2020: il-Kummissjoni tipproponi strateġija ekonomika ġdida - 03/03/2010

Il-President Barroso © EU

Il-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija fuq 10 snin biex issaħħaħ l-ekonomija Ewropea, b'enfasi fuq tkabbir ekonomiku "intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" imsejjes fuq iktar koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali u Ewropej.

Waqt li għadna qed nirkupraw mill-itwal u l-agħar reċessjoni fl-istorja tal-UE, il-pjan tant mistenni Ewropa 2020 DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano iħares lejn l-isfidi l-kbar quddiemna. Il-kriżi ekonomika ħarġet fid-dieher difetti kbar f'ekonomija li diġà kienet qed tiffaċċja pressjonijiet minħabba l-globalizzazzjoni, l-iskarsezza tar-riżorsi u l-popolazzjoni li qed tixjieħ. Il-pożizzjoni tal-kummissjoni hi li dawn l-isfidi jistgħu jingħelbu jekk l-Ewropa lesta li tħaddan suq iktar ekoloġiku u innovattiv li jinkuraġġixxi l-benessri soċjali.

L-istrateġija tibbaża fuq il-promozzjoni ta' industriji b'livell baxx tal-karbonju, l-investiment biex jiġu żviluppati prodotti ġodda, it-tqanqil ta' ekonomija diġitali u l-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Huma proposti ħames miri kwantitattivi. Fosthom insibu ż-żieda fir-rata tal-impjiegi għal tal-anqas 75% mil-livell attwali ta' 69% u iktar infiq fir-riċerka u l-iżvilupp għal 3% tal-prodott gross domestiku. Bħalissa dan jikkostitwixxi biss 2% tal-PGD, ħafna inqas mill-Istati Uniti u l-Ġappun.

Il-pjan jerġa' jafferma l-għan "20/20/20" fil-qasam tat-tibdil fil-klima - fost l-iktar ambizzjużi fid-dinja - u jipproponi mira li l-faqar jonqos b'25% biex b'hekk 20 miljun persuna joħorġu mill-faqar.

Fil-qasam tal-edukazzjoni, il-kummissjoni tirrakkomanda li l-livell ta' tfal li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien jonqos għal inqas minn 10% mil-livell attwali ta' 15% u biex iktar persuni taħt it-30 sena jiksbu lawrija (minn 31% għal 40%).

Il-ktiba tipproponi li l-gvernijiet jaqblu fuq għanijiet nazzjonali li jqisu l-kundizzjonijiet ta' kull pajjiż filwaqt li jgħinu lill-UE b'mod ġenerali tikseb l-għanijiet tagħha. Il-kummissjoni se tissorvelja l-progress u toħroġ twissijiet f'każijiet ta' "rispons inadegwat".

L-UE diġà ssegwi l-finanzi pubbliċi u tevita żbilanċi li jistgħu jdgħajfu ż-żona ewro. Il-pjan il-ġdid imur lil hinn biex jinkludi kwistjonijiet oħra li jistgħu jxekklu l-kompetittività tal-UE.

L-istrateġija tidentifika seba' inizjattivi ewlenin li l-UE għandha tieħu biex tħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Dawn jinkludu programmi biex l-R&D jkollha kundizzjonijiet u aċċess imtejba għall-finanzi, titħaffef il-firxa tal-internet b'veloċità għolja u jiżdied l-użu tal-enerġija li tiġġedded.

Il-mexxejja tal-gvernijiet huma mistennija jiddiskutu l-metodu ġenerali f'laqgħa iktar tard dan ix-xahar. Id-dettalji, inklużi l-miri nazzjonali, se jkunu s-suġġett ta' samit iktar tard din is-sena, possibbilment f'Ġunju.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli