Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Greċja: Proċedura tal-UE għad-defiċit eċċessiv - 03/02/2010

Muniti tal-ewro © EU

Rakkomandazzjonijiet adottati biex jikkoreġu d-defiċit fil-baġit tal-Greċja u jtejbu l-kompetittività fl-ekonomija tal-pajjiż.

Il-Kummissjoni qablet ma' pjan Grieg għal qtugħ tad-defiċit fil-baġit tagħha u ddikjarat il-verdett tagħha jum wara li l-pajjiż wiegħed aktar azzjoni.

Il-Kummissjoni nediet ukoll proċeduri ta' ksur kontra l-Greċja talli bagħtet dejta falsa dwar id-dejn. Il-pajjiż spiċċa l-2009 b'defiċit fil-baġit ta' kważi 13% tal-prodott gross domestiku, ferm aktar minn dak li kien bassar.

L-inkwiet dwar il-finanzi Griegi għamel pressjoni fuq l-ewro u żied fil-biżgħa minn kriżi ta' djun li setgħet tolqot iż-żona ewro kollha (16-il pajjiż).

Ix-xahar li għadda l-gvern il-ġdid tal-Greċja spjega pakkett ta' trażżin fl-infiq u miżuri li jagħtu spinta fit-taxxi biex iġib id-defiċit taħt it-3% tal-PGD, il-limitu tal-UE.

Il-pjan, li jinkludi tnaqqis ġenerali fis-settur pubbliku, jistipola l-miri tad-defiċit bħala 8.7% tal-PGD fl-2010, 5.6% fl-2011 u 2.8% fl-2012. Nhar it-Tlieta, il-gvern Grieg ħabbar aktar miżuri biex irażżan id-defiċit, b'iktar iffriżar tal-pagi pubbliċi u taxxi aktar għoljin fuq il-fjuwil.

Filwaqt li laqgħet dawn il-wegħdiet tal-aħħar mument, il-Kummissjoni talbet lill-Greċja tkun aktar speċifika fil-ġimgħat li ġejjin. Dan għandu jinkludi skeda għall-miżuri ppjanati din is-sena.

"Il-Greċja adottat programm ambizzjuż biex tikkoreġi l-iżbilanċi fiskali u tirreforma l-ekonomija tagħha," qal il-Kummissarju tal-affarijiet ekonomiċi Joaquín Almunia.

"Il-Kummissjoni tappoġġa lill-Greċja bis-sħiħ f'din l-impriża diffiċli."

Għoxrin mis-27 pajjiż tal-UE għandhom defiċit li jaqbeż il-limitu ta' 3% wara li l-aktar reċessjoni globali qawwija mit-tletinijiet ikkawżat ħerba fl-infiq pubbliku.

Il-patt ta' stabbiltà u tkabbir tal-UE – il-ftehim bejn il-pajjiżi membri dwar il-koordinazzjoni tal-politiki fiskali nazzjonali – jirrekjedi li l-membri attwali u potenzjali taż-żona ewro jżommu l-finanzi pubbliċi tagħhom f'saħħithom.

Meta pajjiż jaqbeż il-limitu, il-ministri tal-finanzi tal-UE jippubblikaw rakkomandazzjonijiet għar-riduzzjoni tad-defiċit. Dawk li jibqgħu lura jista' jkollhom penali u aċċess aktar diffiċli għas-self mill-Bank Ewropew tal-Investiment DeutschEnglishfrançais.

Aktar dwar id-defiċit eċċessiv fil-baġit tal-Greċja English (en)

Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri attwali tad-defiċit eċċessiv

Il-patt ta' stabbiltà u tkabbir tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli