Mogħdija tan-navigazzjoni

Strateġija ta' ħruġ għall-finanzi pubbliċi - 27/01/2010

Muniti tal-ewro fuq kartellun bis-simbolu tal-ewro © EU

Il-Litwanja u Malta ngħataw proroga għad-defiċit tal-baġit tagħhom; l-Ungerija u l-Latvja fi triqithom biex jilħqu l-iskadenzi.

Għoxrin pajjiż membru qed jiffaċċaw skadenzi mill-UE biex jirranġaw il-baġits tagħhom. Dan hu kruċjali għall-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku hekk kif l-UE qed tipprova tqum fuq saqajha wara r-reċessjoni. Eżami tas-sitwazzjoni fl-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja u Malta juri li l-erba' pajjiżi ħadu l-passi adegwati biex inaqqsu d-defiċits tagħhom.

L-Ungerija u l-Latvja jinsabu fi triqithom biex jilħqu l-iskadenzi eżistenti tagħhom u huma mħeġġin li jżommu dan ir-ritmu. Iżda l-Kummissjoni qed titlob lill-ministri tal-finanzi tal-UE biex jagħtu lil Malta u lil-Litwanja sena oħra ċans biex jirritornaw għad-dixxiplina fiskali, sal-2011 u l-2012 rispettivament. F'Lulju l-ekonomiji tagħhom ħadu daqqa ta' ħarta mhix mistennija, meta ġew stabbiliti l-iskadenzi eżistenti.

Il-gvernijiet Ewropej qed jitħabtu biex iżommu r-riedni fid-defiċits wara l-agħar kriżi ekonomika mit-Tieni Gwerra Dinjija. Id-distakki twessgħu hekk kif il-gvernijiet żiedu l-infiq biex isalvaw is-sistemi bankarji u jsalvaw l-ekonomiji tagħhom. Minħabba l-waqgħa fid-dħul mit-taxxi u ż-żieda tal-persuni fil-bżonn, ħafna kellhom jisselfu l-flus. Għalkemm ir-rati tal-interessi huma baxxi, dan id-dejn iqum ħafna flus biex jitħallas lura. Anke żieda żgħira f'dawn ir-rati tista' twaqqaf l-irkupru.

Il-patt ta' stabbiltà u tkabbir ekonomiku tal-UE - il-ftehim bejn il-pajjiżi membri biex jikkoordinaw il-politiki fiskali nazzjonali - jirrikjedi li l-membri attwali u potenzjali taż-żona ewro jżommu l-finanzi pubbliċi tagħhom b'saħħithom, b'defiċits tal-baġit inqas minn 3% tal-PGD. Meta pajjiż jaqbeż dan il-limitu, il-ministri tal-finanzi tal-UE joħorġu rakkomandazzjonijiet biex jonqos dan id-defiċit. Min jibqa' lura jista' jiffaċċja penali u aċċes iktar limitat għal self mill-Bank Ewropew għall-Investiment DeutschEnglishfrançais .

B'kollox, 20 pajjiż membru issa qabżu l-limitu ta' 3%.

L-Ungerija laħqet il-mira tad-defiċit tagħha ta' 3.9% tal-PGD fl-2009. Għandha ċans sal-2011 biex tnaqqas id-defiċit taħt it-3%. Il-Latvja spiċċat is-sena b'defiċit taħt l-10% tal-PGD, kif irrakkomandat l-UE. Il-mira għall-2010 hi ta' 8.5%.

Is-sena l-oħra d-defiċit tal-Litwanja kiber għal kważi 9.5% tal-prodott gross domenstiku, minn 3.2% fl-2008. Malta temmet l-2008 b'defiċit ta' 4.7% tal-PGD u dan mistenni li jinżel għal 3.8% għall-2009.

 

Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri ta' defiċit eċċessiv English

Il-patt ta' stabbiltà u tkabbir ekonomiku tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli