Mogħdija tan-navigazzjoni

Neħilsu mill-inkwiet - 12/11/2009

Tromba bil-muniti tal-ewro bħala lentijiet © KE

Il-kriżi ekonomika ħalliet bosta pajjiżi b'defiċit fil-baġit li jaqbeż il-limitu ta' 3%. Il-Kummissjoni qed tipproponi dati ta' skadenza biex jitnaqqsu dawn id-distakki.

Sena ilu, nuqqasijiet fil-baġit darbtejn jew tliet darbiet aktar mil-limitu tal-UE lanqas biss konna nimmaġinawhom. Issa huma normali - effett tal-kriżi ekonomika li qed thedded li terġa' tiġbed lill-Ewropa lura fir-reċessjoni.

Il-pajjiżi tal-UE jridu jirranġaw il-finanzi pubbliċi tagħhom - kulħadd jaqbel dwar dan. Il-mistoqsija hi meta? Hemm ħafna li qed jibżgħu jnaqqsu l-infiq fil-futur qarib għax jistgħu jxekklu l-irkupru. L-iskeda tal-Kummissjoni English tagħti bejn sentejn u ħames snin lil 13-il pajjiż biex jerġgħu japplikaw id-dixxiplina fiskali.

Skont ir-regoli tal-UE, kemm il-membri attwali taż-żona ewro kif ukoll dawk potenzjali għandhom iżommu d-defiċit tal-baġit tagħhom għal inqas minn 3% tal-prodott gross domestiku, għalkemm għandhom il-permess għal xi flessibilità meta l-ekonomija tmur ħażin. Ir-regoli - parti mill-patt ta' stabilità u tkabbir tal-UE – huma maħsuba biex jipprevjenu l-iżbilanċi li jistgħu jdgħajfu ż-żona ewro.

Bejn wieħed u ieħor, il-pajjiżi tal-UE ddikjaraw defiċits ta' 0.8% tal-PGD fl-2007 u 2.3% fl-2008. Dan huwa mistenni jittrippla għal 6.9% din is-sena u jitla' għal 7.5% fl-2010.

Id-distakki bejn l-infiq tal-gvern u d-dħul intefħu sew waqt il-kriżi peress li l-gvernijiet taw spinta lill-infiq biex isalvaw is-sistemi bankarji tagħhom u jerġgħu jqajmu l-ekonomiji. Minħabba li d-dħul mit-taxxi naqas f'daqqa, bosta kellhom jisselfu l-flus.

Biex jitħallsu lura dawn id-djun hemm nefqa ġmielha, anki jekk ir-rati tal-imgħax huma baxxi. Kwalunkwe żieda fir-rati bħalissa tista' twassal biex l-irkupru jieqaf, wissa l-Kummissarju tal-affarijiet ekonomiċi Joaquin Almunia.

Il-Kummissjoni qed tipproponi l-2013 bħala data ta' skadenza għal disa' pajjiżi: Il-Ġermanja, Franza, Spanja, l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Portugall.

L-Italja u l-Belġju jkollhom sal-2012, l-Irlanda sal-2014 u r-Renju Unit sas-sena fiskali 2014-15. Ir-rakkomandazzjonijiet jeħtieġu l-approvazzjoni tal-kunsill.

Għal Franza, Spanja, l-Irlanda u r-Renju Unit, il-proposti jfissru nifs ġdid peress li dawn il-pajjiżi diġà ħabbtu wiċċhom ma' dati ta' skadenza iqsar minn hekk minħabba li diġà ddikjaraw defiċits iktar għoljin mil-limitu ta' 3% s-sena l-oħra.

Il-Kummissjoni ħeġġet lill-Greċja tieħu azzjoni immedjata. Qalet li dan il-pajjiż mhux qed jaħdem biżżejjed biex jagħlaq id-distakk. Il-Greċja x'aktarx se tiddikjara defiċit ta' kważi 13% din is-sena, bil-wisq iktar milli kien mistenni.

Aktar dwar il-proeċdura tad-defiċit eċċessiv

 

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika - ir-rispons tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli