Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Ewropej issa jistgħu jużaw id-debitu dirett mill-kont tal-bank f'pajjiżhom biex iħallsu l-kontijiet kullimkien fl-UE.
Dan ix-xahar ġiet imnedija skema ġdida li tippermetti lill-kumpaniji jiġbdu l-pagamenti direttament mill-kont tal-konsumatur f'pajjiż ieħor tal-UE. Il-proprjetarji li għandhom villeġġatura f'pajjiż ieħor, l-istudenti u l-irtirati li jgħixu barra minn pajjiżhom huma dawk li se jgawdu l-iktar.
Id-debitu dirett ![]()
![]()
jiffranka l-uġigħ ta' ras tal-konsumaturi tal-banek milli jagħmlu ċ-ċekkijiet jew jitrasferixxu l-flus biex iħallsu l-kontijiet. Tipikament is-sistema tintuża l-iktar għall-ġestjoni ta' servizzi rikorrenti bħall-utilitajiet, abbonamenti tat-telefown jew tar-rivisti.
S'issa, is-sistema kienet limitata għall-kumpaniji fl-istess pajjiż tal-bank tal-konsumatur. Iżda taħt l-iskema l-ġdida, iktar minn 2,500 bank issa joffru debitu dirett bejn il-fruntieri nazzjonali.
U dalwaqt se jkun hemm iktar minn hekk: il-banek kollha fiż-żona ewro għandhom jintroduċu d-debitu dirett bejn il-fruntieri sa Novembru 2010. Il-banek li mhumiex fiż-żona ewro għandhom ċans sa Novembru 2014.
Pass 'il quddiem importanti lejn ekonomija tal-UE tassew integrata, is-sistema hi appoġġata b'regoli ġodda biex jiġi żgurat li d-debitu dirett isir bl-iktar mod faċli u sigur minn pajjiż għal ieħor daqslikieku fl-istess pajjiż.
L-Ewropej diġà jistgħu jużaw il-kards tad-debitu tagħhom biex jiġbdu l-flus f'pajjiżi oħra. Fil-ġejjieni: ix-xiri bil-kard tad-debitu bla fruntieri. Eventwalment se jkun possibbli għall-konsumaturi li jkollhom kont tal-bank wieħed f'pajjiżhom u kard tal-bank waħda għas-servizzi kollha tal-ibbankjar fl-UE kollha.
Minbarra s-27 pajjiż tal-UE, ħames pajjiżi oħra jagħmlu parti mill-programm: l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera, il-Liechtenstein u Monako.
Fi żvilupp ieħor, dalwaqt se jkun eħfef għall-konsumaturi li jbiddlu għal bank ieħor f'pajjiżhom. Il-banek qablu li l-bank ġdid għandu jassisti lill-konsumaturi biex jagħlqu l-kontijiet il-qodma u jitrasferixxu l-bilanċ tagħhom. Bosta assoċjazzjonijiet tal-ibbankjar nazzjonali adottaw l-istandard.