Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-reċessjoni għaddiet iżda l-isfidi ewlenin għadhom persistenti - 03/11/2009

Muniti mxerrda fuq it-taqsima finanzjarja ta' gazzetta ©EC

L-Ewropa qed tirkupra bil-mod il-mod, iżda s-sena d-dieħla t-tkabbir ekonomiku mistenni jonqos

L-UE qed toħroġ minn reċessjoni, u l-PGD reġa' beda jikber fit-tieni nofs tas-sena. Madankollu, bir-reċessjoni fil-bidu ta' din is-sena, it-tbassir għall-2009 se jibqa' l-istess: il-PGD mistenni li jaqa' b'4%.

Jekk inħarsu 'l quddiem, l-ekonomija mistennija tespandi biss ¾% fl-2010 u 1½% fl-2011.

L-effetti ġejjin l-iktar mit-titjib fin-negozju dinji u fil-kundizzjonijiet finanzjarji. Kemm il-politika monetarja u kemm l-infiq tal-gvern qed jagħtu spinta lill-attività.

Fis-sena d-dieħla, diversi fatturi se jillimitaw it-tkabbir, u se tonqos id-domanda għall-prodotti u s-servizzi tal-UE. Dawn jinkludi rati ogħla ta' qgħad u l-bżonn li l-familji u l-intrapriżi jnaqqsu d-dejn tagħhom.

Il-qgħad mistenni jilħaq l-10¼% fl-2010 u d-defiċit pubbliku jaf jilħaq is-7½% tal-PGD fl-UE.

Wara li staġnaw matul ir-reċessjoni, il-prezzijiet tal-konsumatur mistennija jogħlew, iżda l-inflazzjoni se tibqa' relattivament baxxa. Id-differenzi fl-inflazzjoni bejn il-pajjiżi se jinħassu inqas minn kif kienu jinħassu qabel il-kriżi.

L-irkupru jista' jkun wieħed qawwi fix-xhur li ġejjin. Għad irridu naraw jekk dan jistax ikun sostnut. L-aġġornament li jmiss tal-Kummissjoni, fi Frar, se jindirizza lill-pajjiżi l-kbar tal-UE.

Normalment, il-Kummissjoni tippubblika t-tbassir ekonomiku erba' darbiet fis-sena - tbassir komprensiv għar-rebbiegħa u l-ħarifa u tbassir interim fuq skala iżgħar fi Frar u Settembru.

Aktar dwar it-tbassir ekonomiku tal-KE tal-ħarifa 2009 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli