Mogħdija tan-navigazzjoni

Derivattivi - 22/10/2009

Muniti fuq it-taqsima finanzjarja ta' gazzetta ©EC

Pjanijiet jimmarkaw "bidla paradigmatika" fil-metodu li nitrattaw id-derivattivi.

L-UE ħabbret pjanijiet biex tirregola s-suq għad-derivattivi DeutschEnglishfrançais – prodotti finanzjarji kumplessi li kellhom sehem fl-ikkawżar tal-kriżi finanzjarja.

Il-kummissjoni se tintroduċi l-leġiżlazzjoni fl-2010 biex tnaqqas ir-riskju li jqiegħdu dawn is-sigurtajiet fuq l-ekonomija. Il-proposti huma it-tmiem ta' serje ta' passi mill-UE biex issaħħaħ is-sorveljanza tal-industrija finanzjarja biex tipprevjeni kriżi oħra.

Il-Kummissarju tas-servizzi finanzjarji Charlie McCreevy qal li l-pjanijiet kienu "bidla fil-mudell lil hinn mill-opinjoni tradizzjonali li d-derivattivi huma strumenti finanzjarji għall-użu professjonali u b'hekk jirrikjedu biss regolazzjoni ħafifa."

Waqt li tfassal il-leġiżlazzjoni, l-Kummissjoni se taħdem man-nazzjonijiet tal-G20 biex tiżgura koerenza fil-politika dinjija. Il-Grupp tal-aqwa 20 ekonomiji dan l-aħħar qabel li jaqbad jagħfas fuq id-derivattivi, u l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti diġà introduċiet leġiżlazzjoni għal dan il-għan.

Id-Drivattivi jieħdu isimhom mill-fatt li l-valur tagħhom huwa derivat mill-prezz ta' assi sottostanti bħal, ngħidu aħna, ir-rati ta' interess jew iż-żejt. Il-pjan tal-UE jikkonċerna d-derivattivi 'over-the counter' jew OTCs - sigurtajiet li jiġu nnegozzjati fil-magħluq u direttament bejn żewġ partijiet.

In-negozju b'dawn id-derivattivi tant kiber f'dawn l-aħħar għaxar snin li s-suq dinji issa jammonta għal mijjiet ta' triljuni ta' ewro. Iżda fis-snin ta' qabel il-kriżi, in-negozzjanti ma tawx kas ir-riskju li jġibu magħhom.

L-UE trid tixħet aktar dawl fuq is-suq billi tirrikjedi verżjonijiet standard ta' dawn l-istrumenti biex jiġu nnegozzjati minn clearinghouses ċentrali (CCPs) li jassorbu ħafna mir-riskju. Kwalunkwe ftehim ieħor ikollu jiġi rreġistrat.

Ir-regoli l-ġodda se jkunu jirrikjedu l-istituzzjonijiet finanzjarji jqiegħdu aktar kapital ta' garanzija u jżommu aktar kapital kontra ftehim li ma jgħaddix miċ-ċentru.

Dwar kwistjoni relatata, il-Kummissjoni qed titlob kummenti pubbliċi DeutschEnglishfrançais dwar kif tevita li banek bi problemi jheddu s-sistema finanzjarja ġenerali u jkollhom ikunu salvati bit-taxxi tal-pubbliku. Ammont ġmielu ta' fallimenti tal-banek waqt il-kriżi finanzjarja uriena l-ħtieġa għal għodod legali ġodda biex inlaħħqu mal-impatt bejn il-fruntieri.

Filwaqt li qal li "l-ebda bank qatt ma jista' jkun kompletament barra mir-risku ta' falliment", il-Kummissarju McCreevy sejjaħ għal "għadd qawwi ta' arranġamenti" biex jindunaw u jevitaw il-falliment ta' bank jekk dan ikun possibbli, u jekk le, jiġi organizzat mill-ġdid.

Aktar dwar is-servizzi finanzjarji

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli