Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ekonomija Ewropea qed tirpilja aktar malajr milli kien mistenni - 14/09/2009

Negozjant jaqra l-gazzetta ©EC

It-tkabbir ekonomiku hu mistenni jerġa' jingrana fit-tieni nofs tal-2009. It-tbassir għadu inċert, iżda l-biża' ta' riċessjoni ħarxa u twila qed tbatti.

L-ekonomija tal-UE qed turi sinjali ċari ta' rkupru u tidher ippreparata biex terġa' lura għat-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tal-2009. Madankollu, minkejja r-riċessjoni lejn l-aħħar tal-2008 u fil-bidu ta' din is-sena, it-tbassir kumplessiv għall-2009 jibqa' l-istess: il-PGD hu mistenni li jonqos b'4% kemm fl-UE u fiż-żona ewro.

Sa ċertu punt, it-titjib li mistenni jseħħ fl-Ewropa jirifletti prospetti aħjar madwar id-dinja. Xi reġjuni, speċjalment l-ekonomiji emerġenti Ażjatiċi, qed jantiċipaw it-tkabbir ekonomiku matul is-6 xhur li jmiss.

Iżda hemm raġunijiet ulterjuri għall-ottimiżmu li huma speċifikament Ewropej. Il-kundizzjonijiet fis-swieq finanzjarji qelbu għall-aħjar u l-attività ekonomika qed tingrana. Din ingħatat spinta mill-iskemi tal-iskart tal-karozzi u forom oħra tan-nefqa tal-gvern.

L-inflazzjoni fuq il-prezzijiet tal-konsumatur tbaxxew fl-ewwel nofs tas-sena hekk kif l-ispiża tal-enerġeija u l-ikel trażżnet mis-sena ta' qabel. Madankollu, biż-żieda fil-biċċa l-kbira tal-komoditajiet, ir-rati tal-inflazzjoni huma mistennija li jogħlew lejn l-aħħar tal-2009.

Matul is-sena kollha, l-inflazzjoni fuq il-prezz tal-konsumatur x'aktarx tibqa' l-istess b'0.9% fl-UE u 0.4% fiż-żona ewro. Bis-swieq tax-xogħol u l-finanzi pubbliċi li għadhom iħossu l-effetti tal-krizi ekonomika, il-ħarsa ġenerali għas-sena d-dieħla għadha inċerta.

L-irkupru fil-ġejjini jaf ikun b'saħħtu. Għad irridu naraw jekk jistax ikun sostnut. It-tbassir li jmiss min-naħa tal-Kummissjoni huwa mistenni f'Novembru. Dan se jagħti ħarsa sat-tmiem tal-2011 għas-27 pajjiż tal-UE.

Normalment, il-Kummissjoni tippubblika t-tbassir ekonomiku 4 darbiet fis-sena - tbassir komprensiv għar-Rebbiegħa u l-Ħarifa u tbassir interim fuq skala iżgħar fi Frar u Settembru.

Dan it-tbassir interim English huwa bbażat fuq tbassir aġġornat għal Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, Spanja u r-Renju Unit li lkoll jikkonribwixxu għal madwar 80% tal-PGD tal-UE.

 

Aktar dwar it-tbassir ekonomiku interim tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli