Mogħdija tan-navigazzjoni

Kif sejrin l-affarijiet verament? - 08/09/2009

Muniti fuq it-taqsima finanzjarja ta' gazzetta ©EC

L-UE tfittex għodda ġdida għall-kalkolu tal-prestazzjoni ekonomika sabiex l-aspetti soċjali u ambjentali tal-benesseri jingħatalhom aktar importanza.

Wara għexur ta' snin li matulhom ġiet ikkalkulata l-prestazzjoni skont indikaturi ekonomiċi bħall-prodott gross domestiku (PGD), il-Kummissjoni qed tħejji strateġija ġdida DeutschEnglishfrançais għall-mod kif l-UE għandha tivvaluta l-progress ekonomiku. Kunċett li ħareġ mill-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-1929-34, il-PGD jirreferi għall-valur tal-prodotti u s-servizzi kollha li jinħadmu jew jiġu pprovduti minn pajjiż f'sena partikulari. Għalkemm miżura tajba għall-produzzjoni, hu għandu nuqqasijiet serji bħala mod kif jiġi kkalkulat il-benesseri ġenerali.

Il-problema hi li l-PGD jiġbor fih l-attivitajiet ekonomiċi kollha, anki dawk li huma ta' ħsara għall-ambjent u l-bniedem. Il-gwerer u d-diżastri naturali, pereżempju, jispiċċaw jitqiesu bħala pożittivi għall-ekonomija minħabba l-iżvilupp li jfaqqas permezz tal-isforzi ta' rikostruzzjoni.

Il-PGD lanqas ma jagħti indikazzjoni ta' kif qed jitqassam il-ġid nazzjonali. F'ħafna pajjiżi li relattivament għandhom prodott nazzjonali għoli, id-differenzi wiesgħin bejn is-sinjuri u l-fqar huma inkwetanti.

Aktar ma jgħaddi żmien in-nies qed tinduna li l-kwalità tal-iżvilupp hi aktar importanti mill-kwantità. Skont stħarriġ reċenti, aktar minn żewġ terzi tal-Ewropej jemmnu li l-gvernijeit għandhom jagħtu aktar importanza lill-aspetti soċjali u ambjentali tal-benesseri. Il-mistoqsija hi kif dawn jistgħu jitqiesu.

Il-Kummissjoni biħsiebha tiżviluppa indiċi komprensiv dwar l-ambjent li jkopri l-bidla fil-klima, il-bijodiversità, it-tniġġis tal-arja, l-użu tal-ilma, u l-iskart. Hi tenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' aktar informazzjoni preċiża dwar id-disparitajiet ekonomiċi. Se jiżdiedu l-isforzi biex id-dejta titwassal fil-ħin u biex jiġu identifikati l-livelli minimi ta' tniġġis prinċipali u ta' sorsi rinnovabbli.

Aktar dwar l-alternattivi għall-PGD DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli