Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ekonomija baxxa tal-UE għandha tistabbilizza hekk kif il-miżuri jaqbdu jaħdmu - 04/05/2009

Jaqraw il-gazzetta ©EC

L-UE għaddejja mill-agħar riċessjoni mit-tieni gwerra dinjija s'issa. L-inflazzjoni naqset, iżda l-impjieg u l-finanzi pubbliċi intlaqtu sew. Is-sitwazzjoni għandha tiġi stabbli fl-2010.

L-aktar tbassir ekonomiku English riċenti uffiċjali jgħid li l-ekonomija tal-UE se tonqos b'4% fl-2009 – wara li kibret b'0.8% fl-2008. Kważi l-pajjiżi kollha tal-UE ntlaqtu bis-saħħa mill-kriżi finanzjarja, it-tnaqqis qawwi globali u, f'xi ekonomiji, l-korrezzjonijiet kontinwi fis-suq tad-djar.

Madankollu, hekk kif jaqbdu jinħassu l-miżuri fiskali u monetarji maħsuba biex jistimulaw l-ekonomija, it-tkabbir mistenni jirkupra qabel tmiem is-sena d-dieħla (minkejja tbassir ġenerali fit-tkabbir ta' -0.1% għall-2010). Iċ-ċifri - essenzjalment l-istess għaż-żona ewro u l-UE sħiħa - niżlu meta mqabbla mat-tbassir tal-ħarifa u t-tbassir interim ta' Jannar 2009.

L-inflazzjoni niżlet f'salt f'dawn l-aħħar xhur. L-inflazzjoni HICP English – il-kejl uffiċjali – hija mistennija tasal sa ftit inqas minn 1% fl-UE (0.5% fiż-żona ewro) fl-2009, u li titla' bil-mod għal madwar 1¼% fl-2010.

L-impjieg mistenni jiċkien b'xi 2½% din is-sena kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona ewro, u jkompli jiċkien b'1½% is-sena d-dieħla. B'kollox, jistgħu jintilfu madwar 8½ miljun impjieg fl-UE 2009-10. Wieħed irid jiftakar li nħolqu 9½ miljun bejn l-2006 u l-2008.

Il-finanzi pubbliċi ntlaqtu bis-saħħa wkoll. B'mod ġenerali, l-iżbilanċi fil-baġits nazzjonali għandhom aktar minn jirduppjaw din is-sena fl-UE, minn 2.3% tal-PGD fl-2008 għal 6% – u li jiżdiedu għal 7¼% fl-2010. Dan huwa riżultat tan-niżla fid-dħul mit-taxxi u l-infiq pubbliku għoli għall-irkupru.

Fl-agħar riċessjoni globali mit-Tieni Gwerra Dinjija, ir-riżultat għadu inċert. Wisq jiddependi fuq l-effetti ta' wara l-kriżi finanzjarja - kif se jirrispondu t-taqsimiet differenti tal-ekonomija għal dak li qed jiġri f'postijiet oħra u kemm se jkunu effettivi l-miżuri ta' stimolu fiskali u monetarju.

Il-Kummissjoni tippubblika tbassir ekonomiku erba' darbiet fis-sena. It-tbassir komprensiv tar-rebbiegħa u l-ħarifa jkopru t-tkabbir, l-inflazzjoni, l-impjieg u l-iżbilanċi tal-baġit pubbliku kif ukoll id-djun għall-membri tal-UE kollha u bosta pajjiżi li mhumiex fl-UE. It-tbassir interim li jkun iżgħar - normalment jiġi ppubblikat fi Frar u Settembru. Dan jevalwa l-iżviluppi mit-tbassir ta' qabel għall-ekonomiji l-kbar biss.

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika - fatti u politiki DeutschEnglishespañolfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli