Mogħdija tan-navigazzjoni

Muniti tal-ewro fuq xulxin ©EC

Il-Kummissjoni qed tipproponi l-ewwel liġi tal-UE dwar il-fondi protetti u se toħroġ linji gwida dwar il-prassi tas-salarju tal-banek.

Il-miżuri jagħmlu parti minn sforz usa' biex jissaddew ix-xquq regolatorji li kkontribwew għall-kriżi finanzjarja.

Il-fondi protetti huma partenarjati ta' investiment privat b'riskju għoli li jilgħabu ħafna flus fuq movimenti fis-suq u li huma adattati biss għall-investituri professjonali u istituzzjonali. Fil-laqgħa tagħhom f'April, il-mexxejja tal-ikbar 20 ekonomija tad-dinja, il-Grupp ta' 20, iddikjaraw l-appoġġ tagħhom biex jonqsu l-fondi protetti.

Taħt il-liġi proposta, id-diretturi tal-fondi protetti u 'fondi alternattivi ta' investiment DeutschEnglishfrançais ' li jinvolvu tal-inqas €500 miljun (€100 miljun għal dawk li jużaw flus mislufa) iridu jirreġistraw ma' regolaturi. Iridu wkoll jiżvelaw informazzjoni dwar in-negozju tagħhom, per eżempju kemm jużaw flus mislufa jew strumenti finanzjarji biex iżidu d-dħul potenzjali.

B'dawn il-limiti, il-liġi tkopri madwar 30% tad-diretturi tal-fondi protetti u 90% tal-assi fil-fondi protetti bbażati fl-UE. Fit-tmiem tal-2008, l-industrija tal-investiment alternattiv kienet qed tiġġestixxi madwar €2 triljuni f'assi.

S'issa, l-abbozz tal-liġi japplika biss għad-diretturi, iktar milli għall-fondi, peress li ħafna fondi huma bbażati barra mill-UE. Wara tliet snin, ir-regoli se jsiru iktar stretti għall-fondi bbażati barra l-UE.

Iktar kmieni din is-sena, il-kummissjoni introduċiet pjan biex is-sistema finanzjarja tiġi eżaminata bir-reqqa. Qalet li l-kriżi uriet il-bżonn ta' regoli iktar stretti u iktar superviżjoni. Il-mexxejja tal-UE ħaddnu dan il-metodu ġenerali f'Marzu.

Il-kummissjoni ppubblikat ukoll rakkomandazzjonijiet dwar kif in-nazzjonijiet tal-UE għandhom jirregolaw is-salarju tal-bankiera DeutschEnglishfrançais. Il-prattiki kurrenti tas-salarji ħafna drabi tinkuraġġixxi lid-diretturi jieħdu riskji eċċessivi.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-bonusijiet u l-opzjonijiet tat-titoli jkunu relatati mar-rendiment finanzjarju fuq perjodu ta' snin. Tirrakkomanda wkoll li l-benefiċċji tat-tluq jiġu projbiti għad-diretturi li ma jirnexxux f'xogħolhom u li s-salarju tagħhom ikun limitat anke meta jirnexxu.

L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu jistgħu jieħdu flushom lura jekk il-bonus ikun ibbażat fuq ċifri falzi.

Il-kummissjoni ħabbret ukoll pjanijiet biex tgħin il-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment fil-fondi reċiproċi u skemi ta' assigurazzjoni, speċjalment fir-rigward tar-riskji u l-ispejjeż tagħhom. Ħafna minn dawn il-"pakketti ta' prodotti ta' investiment DeutschEnglishfrançais " tilfu ħafna mill-valur tagħhom matul il-kriżi.

Il-proposti kollha li għamlet il-kummissjoni biex twieġeb għall-kriżi finanzjarja issa se jiġu kkunsidrati mill-parlament u l-kunsill.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli