Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tixpruna l-azzjoni tal-G20 kontra l-kriżi - 02/04/2009

Mirek Topolánek u José Manuel Barroso© EC

Il-G20 jagħtu tama lill-ekonomija globali permezz ta' ftehim biex iwasslu $1.1 triljun (€832 biljun) lejn l-FMI u istituzzjonijiet oħra u biex jagħmlu regoli aktar stretti fuq is-swieq finanzjarji.

Il-ftehim intlaqa' mill-UE, li wassal impenji biex jiġu identifikati prattiċi bankarji individwali li kkawżaw il-kriżi finanzjarja.

Xempju tal-proposti tal-blokk, il-Grupp tal-20 English mexxejja ħabbru miżuri biex tiġi promossa t-trasparenza u jipproteġu lilhom infushom kontra theddid madwar is-sistema u riskju eċċessiv. Dawn jinkludu regoli ġodda dwar is-salarji u bonuses. Din hija kwistjoni li qajmet rabja fost il-pubbliku. Il-miżuri jinkludu t-tmiem tar-rifuġji tat-taxxi li ma jaqsmux informazzjoni dwar it-taxxa.

Is-samit f'Londra kien it-tieni pass fost l-isforzi tal-grupp biex jitratta l-kriżi finanzjarja globali li hija l-akbar riċessjoni mis-snin tletin. Il-G20 preċendeti seħħ f'Novembru ġewwa Washington.

Biex tingħata għajnuna lill-pajjiżi f'diffikultà, il-mexxejja awtorizzaw $500 biljun (€370 biljun) f'fondi ġodda għall-FMI. Dan se jżid ir-riżorsi tagħha għal $750 biljun (€556 biljun). L-UE qed tagħti €75 biljun bħala kontribut lejn dan il-fond. Barra minn hekk, il-mexxejja tal-G20 qablu fuq żieda ta' $250 biljun (€185 biljun) għall-faċilità ta' self kurrenti tal-FMI għal pajjiżi membri li jinsabu f'diffikultà. L-FMI li hija magħrufa bħala sellief tal-aħħar istanza, talab għal spinta wara li dan l-aħħar salva aktar minn tnax-il pajjiż.

Barra minn hekk, $100 biljun (€74 biljun) se jkunu disponibbli għal żvilupp ta' fondi u se jitwasslu permezz ta' banek stabbiliti mill-pajjiżi donaturi. $250 biljun (€185 biljun) se jingranaw il-fluss tal-kummerċ.

Din hija somma ulterjuri għall-flus li qed jiddaħħlu fl-ekonomija dinjija mill-gvernijiet u l-banek ċentrali madwar id-dinja. Il-mexxejja qalu li sas-sena d-dieħla l-inċentiv għandu jammonta għal $5 triljun (€3.7 triljun), l-akbar somma li d-dinja qatt rat. Il-mexxejja bassru li dan jista' jwassal għall-ħolqien ta' miljuni ta' impjiegi madwar id-dinja.

Barra minn hekk il-G20 taw ir-responsabbiltà lill-Organizzazzjoni Dinjia tal-Kummerċ biex tindika u tieħu passi kontra dawk li jfittxu r-rifuġju. Wiegħdu li jikkonkludu malajr it-taħdidiet ta' Doha dwar il-kumemerċ li jsitgħu jagħtu spinta lill-ekonomija dinjija sa $ 150 biljun.

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-UE, il-G20 qed tippjana li tagħti lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rwol akbar fil-monitoraġġ tar-riskji ekonomiċi. F'dawn l-istituzzjonijiet tagħti wkoll aktar spazju lill-ekonomiji emerġenti jew li qed jiżviluppaw.

Samit tal-G20 - dikjarazzjoni tal-mexxejja English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli