Mogħdija tan-navigazzjoni

Jitqaċtu l-miżati tat-trademarks - 31/03/2009

Il-logo tal-uffiċċju tat-trademarks tal-UE © OHIM

In-negozji se jgawdu minn roħs fl-applikazzjoni ta' trademark tal-UE.

Prova ta' kemm it-tkabbir kien b'saħħtu fl-Unjoni qabel il-kriżi finanzjarja, id-domanda għad-drittijiet tat-trademarks tal-UE spara 'l fuq f'dawn l-aħħar snin u ħoloq żieda mhux mistennija fil-baġit.

Għalkemm kien hemm qtugħ inizjali fil-miżati tar-reġistrazzjoni tat-trademarks fl-2005, l-uffiċċju tat-trademarks tal-UE DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano issa għandu riserva ta' aktar minn €300m. Dan mhux permess peress li huwa suppost jaħdem bla profitti. Wara diskussjonijiet fit-tul, il-pajjiżi tal-UE qablu li għal darba oħra jqaċċtu l-miżati - did-darba b'40%.

Maħluq fl-1996, l-uffiċċju tat-trademarks jiġi ffinanzjat kompletament permezz ta' miżati li jħallsu n-negozji li jużawh. S'issa, l-UE rreġistrat 'il fuq minn 500,000 trademark għan-negozji madwar id-dinja li jipprojbixxu kumpaniji oħra milli jużaw l-istess ismijiet, simboli jew motto.

It-trademarks huma essenzjali għan-negozji għax permezz tagħhom kumpanija tista' tinqata' u tintgħaraf minn kumpaniji oħrajn. Huma ta' għajnuna wkoll għall-konsumatur minħabba li juru li l-merkanzija hija ġenwinament oriġinali u mhux xi imitazzjoni inferjuri.

Attwalment il-kumpaniji jħallsu żewġ miżati separati għall-ħarsien tat-trademark - waħda għall-applikazzjoni u l-oħra għar-reġistrazzjoni. Minn Mejju, dawn se jispiċċaw u minflokhom se jkun hemm miżata waħda biss.

Barra minn hekk, l-ispiża sħiħa se taqa' minn €1,750 għal €1,050 għal applikazzjoni fuq karta. Il-kumpaniji li japplikaw onlajn se jħallsu inqas minn hekk - €900 minflok €1,600. Dan għal trademark li toħroġ direttament mill-UE. Għall-validazzjoni tal-UE ta' trademark internazzjonali, il-miżata se tinżel minn €1,450 għal €870.

Skont Charlie McCreevy, il-Kummissarju għas-suq intern, permezz ta' dan it-tnaqqis in-negozji għandhom jiffrankaw €60m fis-sena u l-intrapriża għandha tieħu spinta 'l quddiem. Dan huwa pass ewlieni biex nerġgħu nqajmu l-ekonomija fuq saqajha. L-aktar li se jgawdu minn dawn il-miżati baxxi huma l-kumpaniji ż-żgħar, li ħafna drabi jsibu l-proġess kollu tat-trademark diffiċli.

Apparti minn dan, l-UE qed tniedi forum kontra l-bejgħ ta' oġġetti foloz, downloads illegali u ksur ieħor ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali DeutschEnglishfrançais. L-"osservatorju" l-ġdid għandu jgħaqqad esperti mill-isferi pubbliċi u privati biex jevalwa l-problema u jiżviluppa soluzzjonijiet. Il-kummerċ dinji ta' merkanzija falza huwa ta' €150 biljun skont l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD).

Aktar tagħrif dwar il-ħarsien tad-drittijiet fl-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli