Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħames pajjiżi jaqbżu l-limiti tad-defiċit tal-UE - 24/03/2009

Il-Kummissarju għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji Joaquin Almunia © EC

Il-Kummissjoni tappella lill-membri tal-UE biex iżommu r-riedni tad-defiċit tal-baġit

Bil-kriżi ekonomika li qed tiekol il-finanzi pubbliċi, id-defiċit tal-baġit f'ħames pajjiżi mistenni jaqbeż it-3% tal-prodott gross domestiku permess mill-UE.

Imħassba dwar l-effet tal-istabilità taż-żona ewro, il-Kummissjoni qed tipproponi dati ta' skadenza biex jiġi rispettat il-limitu. Il-ħames pajjiżi - Franza, il-Greċja, l-Irlanda, Spanja u r-Renju Unit - diġà kellhom defiċit ogħla mil-limitu ta' 3% s-sena l-oħra.

L-Irlanda qed tintalab li sa l-2013 terġa' lura fi ħdan il-limitu. Franza u Spanja għandhom sal-2012. Il-Greċja għandha tieħu passi biex tikkontrolla d-defiċit tagħha sal-2010. U l-iskadenza għar-Renju Unit hi fl-2013-14.

Il-mexxejja tal-UE jridu japporvaw l-iskadenzi proposti.

Id-defiċits kibru fost tnaqqis kbir fid-dħul mit-taxxa u żidiet fl-infiq soċjali bħall-benefiċċji tal-qgħad. Sadattant, il-gvernijiet qed jiġbdu l-flus mill-fondi tal-istat biex jistimulaw it-tkabbir ekonomiku u l-investiment u jiġġieldu kontra l-agħar riċessjoni ekonomika mit-Tieni Gwerra Dinjija. B'kollox, il-pajjiżi tal-UE qed jippumpjaw 3.3% tal-PGD tal-UE, jew madwar €400 biljun, fl-ekonomijia fuq sentejn.

Taħt ir-regoli tal-UE, il-membri taż-żona ewro attwali u dawk potenzjali għandhom iżommu d-defiċit tal-baġit tagħhom taħt 3% tal-PGD. Ir-regoli - parti mill-patt ta' stabilità u tkabbir tal-UE – jipprevjeni l-iżbilanċi li jistgħu jdgħajfu l-fiduċja fiż-żona ewro.

Għalkemm ir-Renju Unit ma jagħmilx parti miż-żona ewro u mhux marbut bir-regoli, xorta waħda jipprova jirrispettahom.

Skont it-tbassir tal-Kummissjoni għall-2009 li sar f'Jannar li għadda, se jkun hemm defiċit baġitarju ta' iktar minn 5% fi Franza, kważi 6% fi Spanja, 11% fl-Irlanda, u tal-inqas 9% fir-Renju Unit. Id-defiċit tal-Greċja, li fl-2007 diġà kien qabeż il-limitu, kien ta' 3.7% fl-2008 u mistenni jibqa' 'l fuq mil-limitu din is-sena.

Il-Kummissjoni ħeġġet ukoll lil Ċipru iktar trażżin, waqt li wissiet li d-defiċit jista' jikber malajr fis-snin li ġejjin. Ċipru mistenni jirreġistra defiċit ta' 1% din is-sena, wara l-implimentazzjoni tal-pakkett ta' stimolu ekonomiku.

Il-mexxejja tal-UE esprimew tħassib dwar iż-żieda fid-defiċits. Fis-samit ta' Marzu, il-mexxejja qalu li l-pajjiżi tal-UE għandhom imorru lura kemm jista' jkun malajr lejn defiċits "konsistenti mal-finanzi pubbliċi sostenibbli".

Aktar dwar il-proeċdura tad-defiċit eċċessiv tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli