Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-mexxejja tal-UE ċerti u determinati saħansitra waqt il-kriżi ekonomika - 20/03/2009

Il-logo tal-presidenza Ċeka fuq il-bini tal-Kunsill fi Brussell © EC

Is-samit jeżamina l-kriżi ekonomika minn kull lat: regolamentazzjoni tas-suq finanzjarju, stimulu ekonomiku, sigurtà tal-impjiegi

Il-mexxejja qablu li jużaw €5 biljun f'fondi mhux minfuqa tal-UE biex jaġġornaw il-konnessjonijiet tal-enerġija u tal-internet. U għollew il-limitu fuq l-għajnuna tal-UE għall-pajjiżi f'diffikultajiet. Il-linja ta' kreditu - li tkopri pajjiżi li ma jużawx l-ewro - telgħet għal € 50 biljun.

Il-mexxejja wiegħedu wkoll 75 biljun f'appoġġ miżjud għall-Fond Monetarju Internazzjonali biex jgħinu l-pajjiżi fl-inkwiet.

Fl-għeluq ta' samit ta' jumejn, il-mexxejja ppubblikaw dikjarazzjoni konġunta li tgħid li l-blokk għamel "progress tajjeb" fl-implimentazzjoni tal-pakkett ta' stimolu ta' €200 biljun adottat f'Diċembru. Il-mexxejja urew kunfidenza li l-miżuri - li jinkludu tnaqqis fit-taxxi u salvataġġ tal-banek - għandu jerġa' jqajjem l-ekonomija iżda qalu li dan jieħu ż-żmien.

"Jekk hemm bżonn, ikollna nirreveduhom fil-futur, iżda issa rridu niffokaw fuq l-implimentazzjoni," qal il-President Barroso.

Il-blokk ta' 27 pajjiż diġa' qed jonfoq madwar €400 biljun – xi 3.3% tal-prodott gross domestiku tiegħu - tul sentejn biex jikkombatti l-agħar kriżi ekonomika li laqtitna f'għexieren ta' snin. Apparti minn miżuri ta' stimolu, dak l-ammont jinkludi żidiet fl-infieq soċjali waqt li jiżdied il-qgħad. F'Jannar ir-rata ta' diżokkupazzjoni fl-UE kienet ta' 7.6% f'Jannar, l-għola li qatt kienet f'il fuq minn sentejn.

Bosta mexxejja tal-UE esprimew tħassib dwar id-defiċits li se jitkattru bil-politiki "onfoq issa - ħallas wara". Il-mexxejja qalu li l-pajjiżi tal-UE għandhom imorru lura kemm jista' jkun malajr lejn defiċits "konsistenti mal-finanzi pubbliċi sostenibbli". Għadd ta' pajjiżi kisru r-regoli tal-blokk li jirrekjedu d-defiċits baġitarji jinżammu 'l isfel minn 3% tal-PGD.

Dwar il-G20 samit tat-2 ta' April, il-mexxejja spjegaw pożizzjoni komuni dwar kif għandha tittejjeb ir-regolazzjoni u l-kontroll tal-industrija finanzjarja.

Il-€5 biljun jinkludu fondi biex jiġi midfun il-karbonju li jikkawża t-tibdil klimatiku u biex jinġieb il-gass mir-reġjun tal-Baħar Kaspju. L-interess f'pipeline ġdid żdied minn meta kien hemm l-inkwiet bejn Moska u l-Ukrajina f'Jannar li waqqfet il-gass milli jidħol fl-Ewropa tal-Lvant.

Il-mexxejja approvaw ukoll l-iżvilupp ta' ftehim aktar qarib ma' pajjiżi lejn il-Lvant Englishfrançais. Il-gwerra bejn Georgia u r-Russa ressqet din il-kwistjoni 'l fuq fl-aġenda.

Il-gvern Irlandiż aġġorna lill-mexxejja tal-UE dwar il-pjanijiet li għandu biex jerġa' jagħmel referendum dwar it-Trattat ta' Liżbona.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli