Mogħdija tan-navigazzjoni

Wasal il-waqt li nieqfu flimkien - 04/03/2009

Il-bandiera Ewropea u l-bnadar nazzjonali tal-Istati Membri © KE

il-Kummissjoni tistabilixxi proposti għal riforma komprensiva tas-sistema finanzjarja, filwaqt li tħeġġeġ lill-mexxejja tal-UE biex jaqfdu f'ħidmiethom biex jerġgħu jiksbu l-kunfidenza fis-swieq.

Il-pjan għal sistema superviżorja EnglishPDF jgħaqqad iż-żieda fis-sorveljanza fuq livell tal-UE flimkien ma' rwol imsaħħaħ għall-kontolluri nazzjonali. Huwa bbażat fuq rapport iffinanzjat mill-UE minn grupp ta' esperti fil-qasam bankarju mmexxija mill-eks bankier ċentrali Franċiż Jacques de Larosière.

Il-Kummissjoni taqbel mal-grupp dwar il-ħtieġa li titwaqqaf awtorità pan-Ewropea biex tissorvelja r-riskji ekonomiċi. Barra minn hekk, tappoġġja r-rakkomandazzjoni li s-27 pajjiż membru jadotta standards komuni regolatorji iżda tħalli r-rwol tas-sorveljanza tal-banek individwali f'idejn ir-regolaturi nazzjonali.

Il-pjan se jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew li se jiltaqa' lejn l-aħħar ta' Marzu. Il-mexxejja tal-UE għandhom l-għan li jwittu t-triq għal-laqgħa tal-Grupp tal-20 nazzjon industrijalizzat u li qed jiżviluppaw. Din se sseħħ f'April ġewwa Londra. Ir-riforma regolatorja se tkun fuq l-aġenda u l-UE tixtieq tagħti spinta kompatta biex ittejjeb is-sistema finanzjarja globali.

Il-Kunsill Ewropew "għandu jibgħat sinjal b'saħħtu liċ-ċittadini, lin-negozji u lid-dinja. Iva, teżisti soluzzjoni għal din il-kriżi. Iva, l-Ewropa għandha l-għaqda, il-kunfidenza u d-determinazzjoni biex tegħleb din il-ġlieda", qal il-President Barroso.

Il-pjan propost mill-mexxejja tal-UE jsemmi miżuri oħra biex jitnaqqsu r-riskji u terġa' tinkiseb il-fiduċja fis-swieq, inkluża ż-żieda fis-sorveljanza tal-politiki tal-ħlas tal-banek.

Din is-sena, is-27 nazzjon qed iħallsu madwar 3.3% tal-prodott gross domestiku tal-UE fuq programmi biex jixprunaw it-tkabbir ekonomiku. Il-Kummissjoni titlob lill-mexxejja tal-UE biex isegwu prinċipji ċari għal aktar azzjoni bħal per eżempju għajnuna għall-kummerċ ħieles, ekonomija bbażata fuq livell ta' karbonju baxx u dixxiplina baġitarja.

Il-kriżi qajmet tħassib li xi pajjiżi tal-UE qed jirrikorru għal protezzjoniżmu biex jirpiljaw l-ekonomiji tagħhom. Fl-1 ta' Marzu, waqt samit informali, il-mexxejja tal-UE wegħdu li jevitaw azzjoni li tista' tkisser is-suq waħdieni tal-UE.

Il-membri tal-UE għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jitrattaw il-qgħad li għall-ewwel darba mid-disgħinijiet, fis-sena 2010 jista joqrob l-10%.

 

Il-kriżi finanzjarja - il-fatti u l-politiki DeutschEnglishespañolfrançaisportuguês

 

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli