Mogħdija tan-navigazzjoni

Inbassru n-nuqqas ta' kreditu li jmiss - 25/02/2009

Muniti tal-ewro u nuċċali fuq gazzetta finanzjarja © EC

L-esperti Ewropej jirrakkomandaw aktar superviżjoni biex tiġi evitata kriżi finanzjarja oħra.

Grupp ta' esperti finanzjarji ressaq 31-il rakkomandazzjoni EnglishPDF dettaljata biex tissaħħaħ is-superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji tal-UE.

Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu l-iżvilupp ta' regoli komuni għall-fondi ta' investiment madwar is-27 pajjiż tal-UE, trażżin tal-bonus li jieħdu l-bankiera skont l-interessi tal-azzjonisti u l-istabbiliment ta' sistema għat-tmexxija waqt kriżi għas-settur finanzjarju tal-UE.

Ġew imħeġġa wkoll żewġ sistemi ġodda Ewropej ta' kontroll - għas-superviżjoni finanzjarja u l-ġestjoni tar-riskji.

"Issa jmiss lill-Kummissjoni biex tevalwa u taġixxi. Il-ġimgħa d-dieħla fl-4 ta' Marzu l-Kummissjoni se tagħti l-ewwel evalwazzjoni preliminarja u tirrispondi għall-konklużjonijiet ewlenin tar-rapport," qal il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso. "Il-ħaddiema u l-familji madwar l-Ewropa u l-bqija tad-dinja batew il-konsegwenzi tal-irjus kburin fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni hija determinata li dan m'għandux jerġa' jiġri."

Il-grupp ta' esperti tmexxa minn Jacques de Larosière l-eks direttur tal-Fond Monetarju Internazzjonali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp għandhom jiġu diskussi waqt laqgħa informali tal-mexxejja tal-UE fl-1 ta' Marzu u mbagħad fl-istess xahar waqt is-samit aktar formali tar-Rebbiegħa.

Taqsira tar-rapport tas-superviżjoni finanzjarja tal-UE EnglishPDF

Ir-rapport sħiħ EnglishPDF

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli