Mogħdija tan-navigazzjoni

Espansjoni lejn il-Lvant - suċċess għall-UE - 20/02/2009

Mappa tal-UE © KE

Il-Kummissjoni teżamina l-espansjoni tal-UE fl-2004/2007, u tikkonkludi li għamlet il-ġid lill-ekonomija.

Fl-aktar tkabbir riċenti tagħha, l-UE laqgħet fi ħdanha 12-il pajjiż ġdid mill-Ewropa ċentrali u tal-Lvant u mill-Mediterran. Bosta minnhom issieħbu fl-2004 (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja), u l-bqija fl-2007 (ir-Rumanija u l-Bulgarija).

Dan kien l-akbar tkabbir tal-UE li qatt sar English u kien pass storiku lejn l-unifikazzjoni tal-Ewropa wara għexieren ta' snin ta' qasma minħabba l-Gwerra Bierda.

Dak iż-żmien, uħud mill-15-il pajjiż tal-UE kienu mħassba dwar l-impatt li seta' jkollhom il-membri l-ġodda fuq l-ekonomiji u s-sistemi soċjali tagħhom. Iżda ħames snin wara studju mill-Kummissjoni juri li dawk il-biżgħat ma kienx hemm lokhom u li l-espansjoni għamlet ġid liż-żewġ naħat, kemm lill-pajjiżi membri l-ġodda u kemm lil dawk qodma.

L-espansjoni kkontribwiet għal titjib sinifikanti fil-livell tal-għajxien fl-Istati l-Membri l-ġodda, għall-modernizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom u għal istituzzjonijiet u liġijiet iktar stabbli. Ħolqot ukoll opportunitajiet ġodda ta' investiment u esportazzjonijiet għall-impriżi fil-pajjiżi l-membri l-qodma. U l-UE kollha kemm hi gawdiet minn iktar negozju bejn il-membri, biex b'hekk saret iktar kompetittiva.

L-integrazzjoni rapida ġabet magħha inċentivi għat-tkabbir ekonomiku. Madankollu, f'xi pajjiżi membri ġodda, ħolqot ukoll dgħjufijiet li ggravaw bir-riċessjoni globali kurrenti. Iżda l-UE għandha l-għodda biex tindirizza l-kriżi. Il-patt ta' stabbiltà u tkabbir tal-UE u l-istrategija tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska iħeġġu finanzi pubbliċi fis-sod u riformi strutturali. Barra minn hekk, l-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju mill-fondi strutturali u ta' koeżjoni DeutschEnglishfrançaisitaliano, mill-Bank tal-Investiment Ewropew DeutschEnglishfrançais u mill-faċilità tal-bilanċ tal-pagamenti tal-UE.

Filwaqt li tħares 'il quddiem, il-Kummissjoni tinnota li l-istaġnar ekonomiku jista' joffri opportunitajiet għal riformi politiċi mill-qiegħ li jistimulaw it-tkabbir ekonomiku. Dan hu essenzjali biex tiġi promossa l-integrazzjoni kontinwa, jonqsu d-differenzi fil-pagi, jiġi żgurat rwol prominenti għall-UE fl-ekonomija globali u jgħina tilqa' membri ġodda fil-futur.

Rapport: Ħames snin ta' UE mkabbra. Kisbiet u sfidi ekonomiċi

Tkabbir tal-UE - 5 snin wara English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli