Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ekonomija tal-UE tintlaqat bl-ikreh mill-kriżi globali - 19/01/2009

Aġenta taħt tabella li turi niżla qawwija fl-ishma Ġermaniżi © Reporters

Il-Kummissjoni taqta' t-tbassir tat-tkabbir ekonomiku hekk kif l-iskala tal-kriżi finanzjarja u n-niżla globali isiru ovvji.

Il-Kummissjoni qed tistima li t-tkabbir ekonomiku waqa' għal 1% fl-2008 kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona ewro ('l isfel minn kważi 3% fl-2007). L- aktar tbassir riċenti English jistima li l-PGD reali se jinxtorob bi kważi 2% fiż-żewġ reġjuni fl-2009, qabel ma jaqbad jerġa' jieħu r-ruħ b'xi 0.5% fl-2010. Dawn iċ-ċifri huma aktar baxxi mit-tbassir tal-Ħarifa.

Il-qgħad se jiżdied għax l-ekonomija tal-UE qed tistenna li jieħdu s-sensja madwar 3.5 miljun persuna. Ir-rata mistennija tilħaq 8¾% fl-UE fl-2009 (9¼% fiż-żona ewro), u terġa' tiżdied fl-2010.

Il-finanzi pubbliċi se jintlaqtu wkoll. Id-dejn ewlieni għall-pajjiżi tal-UE – kejl bikri għan-nuqqas fil-baġit – mistenni aktar minn jirdoppja dis-sena, minn 2% tal-PGD tal-2008 għal 4½ % fl-2009 (minn 1¾ % għal 4% fiż-żona ewro). Minħabba f'hekk, bosta pajjiżi tal-UE mistennija jiksru jew jibqgħu 'l fuq mil-livell massimu ta' 3% tal-PGD. It-tbassir tal-baġit mistenni jkompli jmur għall-agħar fl-2010.

Nota pożittiva hi li l-pressjonijiet ta' inflazzjoni qed inaqqsu malajr fost il-prezzijiet niżlin tal-oġġetti. L-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumaturi issa hija mistennija tonqos - minn 3.7 % fl-2008 fl-UE (3.3 % fiż-żona ewro) għal madwar 1% fl-2009 sa ftit inqas minn 2% fl-2010 (kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona ewro).

Il-Kummissjoni normalment tippubblika tbassir ekonomiku erba' darbiet fis-sena – tbassir sħiħ fir-Rebbiegħa u l-Ħarifa u tbassir interim fi Frar u Settembru. Iżda minħabba t-tnaqqis ekonomiku qawwi, it-tbassir interim attwali ġie estiż. Dan ikopri l-pajjiżi kollha tal-UE u jinkludi aktar fatturi mis-soltu kif ukoll it-tbassir sħiħ għal sentejn. It-tbassir sħiħ li jmiss joħroġ fl-4 ta' Mejju 2009.

Aktar dwar il-kriżi finanzjarja u ekonomika DeutschEnglishfrançaisportuguês .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli