Mogħdija tan-navigazzjoni

Intlaħqu konklużjonijiet dwar il-klima u l-ekonomija fi Brussell - 12/12/2008

 Il-President José Manuel Barroso, il-President tar-Repubblika Franċiża u l-President fil-kariga tal-Kunsill tal-UE Nicolas Sarkozy, u parteċipanti oħra tal-Kunsill mal-ġurnalisti © KE

Intlaħaq ftehim dwar it-tibdil fil-klima, l-irkupru ekonomiku u t-Trattat ta' Liżbona f'samit storiku.

Wara jumejn ta' negozjati intensi, il-mexxejja Ewropej laħqu ftehim dwar kif jiksbu l-għanijiet ambizzjużi tal-UE fir-rigward tat-tibdil fil-klima u ffirmaw pjan ta' €200bn biex jagħtu nifs ġdid lill-ekonomija li rkadiet tal-UE. Iddeċidew ukoll dwar pjan mal-Irlanda għar-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona.

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso faħħar il-ftehimiet bħala "deċiżjonijiet storiċi" u talab lid-dinja ssegwi l-azzjoni tal-UE dwar it-tibdil fil-klima. "Iva tistgħu. Tistgħu tagħmlu dak li qed nagħmlu aħna", qal f'konferenza stampa bħala konklużjoni għall-aħħar samit tas-sena tal-UE.

Il-laqgħa fi Brussell kienet prova kruċjali ta' impenn Ewropew għall-ġlieda kontra t-tisħin globali. L-UE għandha l-iktar miri ambizzjużi dwar it-tibdil fil-klima DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski , inkluż tnaqqis b'20% tal-emissjonijiet li jikkawżaw l-effett serra sal-2020. Iżda l-mexxejja tal-UE u l-leġiżlaturi ilhom jiddibattu matul is-sena kollha dwar kif jistgħu jinkisbu dawn l-għanijiet. In-nuqqas ta' qbil ħareġ iktar fid-dieher meta l-kriżi finanzjarja fniet lill-ekonomija Ewropea, b'xi pajjiżi mħassba dwar l-ispiża għall-industrija.

Il-ftehim se jagħti iktar importanza lill-UE fit-taħdidiet internazzjonali dwar il-klima s-sena d-dieħla. L-UE qed tispera li pajjiżi oħrajn, bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Indja, ir-Russja u l-Brażil, jimxu fuq l-eżempju tagħha. "L-Ewropa għaddiet mit-test tal-kredibilità tagħha" qal is-Sur Barroso.

Il-pajjiżi tal-UE laħqu wkoll ftehim dwar pakkett ta' stimolu ekonomiku biex itaffi l-effetti tal-kriżi finanzjarja. Il-pakkett ta' miżuri għat-tkabbir ekonomiku jiswa madwar €200bn, jew 1.5% tal-produzzjoni tal-UE. Il-biċċa l-kbira tal-flus - €170 biljun - se tiġi mill-baġits nazzjonali. Il-bqija tat-€30 biljun se jiġu mill-baġits tal-UE u tal-Bank tal-Investiment Ewropew. Il-gvernijiet għandhom jonfqu l-flus bl-aħjar mod skont il-ħtiġijiet ekonomiċi tagħhom.

Dwar it-Trattat ta' Liżbona, l-Irlanda qablet li torganizza referendum ieħor is-sena d-dieħla ladarba t-tħassib tal-votanti Irlandiżi jiġi indirizzat. It-Trattat kien rifjutat f'referendum f'Ġunju, u dan waqqaf milli jseħħu r-riformi tant mistennija tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Ħafna Irlandiżi huma mħassbin dwar kif it-Trattat jista' jolqot il-politiki tat-tassazzjoni tal-pajjiż, in-newtralità militari tiegħu u l-kwistjonijiet etiċi bħall-abort. Il-Kunsill offra garanziji legali lill-Irlanda li t-Trattat mhux se jikser l-awtorità tal-gvern f'dawn l-oqsma.

Il-votanti Irlandiżi oġġezzjonaw ukoll għall-pjan li jnaqqas in-numru ta' Kummissarji Ewropej, li allura jneħħi d-dritt awtomatiku għal Kummissarju għal kull pajjiż, l-Irlanda inkluża. Il-Kunsill qabel li jieħu l-passi legali neċessarji biex jekk it-Trattat jidħol fis-seħħ, is-27 pajjiż tal-UE jistgħu jkomplu jkollhom Kummissarju fi Brussell.

Aktar dwar il-Kunsill Ewropew DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski .

Sommarju għaċ-ċittadini - Il-pakkett tal-klima u l-enerġija tal-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli