Mogħdija tan-navigazzjoni

Nifs ġdid għall-ekonomija - 27/11/2008

Muniti fuq it-taqsima finanzjarja ta' gazzetta ©KE

Pjan ta' rkupru ekonomiku jgħaqqad l-azzjoni nazzjonali mal-politika tal-UE.

Il-Kummissjoni, f'rispons ikkoordinat għall-kriżi ekonomika fl-UE, li kull ma jmur sejra għall-agħar, qed tipproponi €200bn f'miżuri biex tagħti spinta' lill-konsum u tiġġenera t-tkabbir u l-impjiegi. Il-pakkett ta' miżuri fuq medda ta' żmien fit-tul u fil-qrib jirrappreżenta 1.5% mill-PGD tal-UE.

Il-parti l-kbira tal-flus - €170bn - għandha toħroġ mill-baġits nazzjonali. Il-bqija (€30bn) għandha toħroġ mill-baġits tal-UE u l-Bank tal-Investiment Ewropew.

L-għan tal-pjan hu li jħares lill-ħaddiema, il-familji u l-intraprendituri li qegħdin fil-periklu li jintlaqtu ħażin, hekk kif il-kriżi finanzjarja tinfirex fl-ekonomija ġenerali. Jipproponi aktar appoġġ għal dawn il-gruppi vulnerabbli, inkluż investiment biex jimbotta 'l quddiem is-snajjiet u jgħin liċ-ċittadini jżommu xogħlhom jew isibu wieħed ġdid.

L-UE għandha tħaffef id-distribuzzjoni tal-finanzjament soċjali u reġjonali, li jiswa €6.3bn. U trid tipprovdi inċentivi għall-industriji tal-karozzi u tal-kostruzzjoni li ntlaqtu bil-goff. Dawn l-inċentivi għandhom iwasslu għal karozzi li jirrispettaw l-ambjent u bini aktar effiċjenti fl-enerġija.

Il-Bank tal-Investiment Ewropew DeutschEnglishfrançais, li jipprovdi self fit-tul, ikollu sehem akbar fil-finanzjament ta' proġetti ewlenin. Huwa diġà ħejja pakkett ta' self ta' €30bn biex jgħin lin-negozji ż-żgħar li qed jitħabtu biex jakkwistaw xi kreditu.

Il-pjan juża flessibilità permessa skont ir-regoli tal-UE dwar id-defiċits fil-baġits nazzjonali. Din il-flessibilità tagħti lill-gvernijiet l-opportunità li jisselfu temporanjament aktar flus waqt kriżi. Peress li l-UE teħtieġ azzjoni urġenti biex tevita riċessjoni fonda fit-tul, il-President Barroso se jitlob lill-mexxejja tal-UE biex jaċċettaw il-pjan fis-samit tax-xahar id-dieħel u biex jimplimentawh minnufih.

Il-pakkett huwa "kbir u kuraġġuż biżżejjed biex jaħdem mill-ewwel, iżda strateġiku u sostenibbli biżżejjed biex aktar 'il quddiem idawwar il-kriżi f'opportunità," qal il-President.

B'din l-ispinta fl-ekonomija b'investiment fl-infrastruttura, it-teknoloġija favur l-ambjent, l-effiċjenza u l-innovazzjoni fl-enerġija, il-pakkett għandu jħaffef it-tranżizzjoni lejn soċjetà ibbażata fuq l-għarfien u li ma tużax wisq karbonju. Jinkoraġġixxi aktar sħubijiet bejn il-gvernijiet u n-negozji.

Bosta pajjiżi Ewropej (inklużi r-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja) diġà ħabbru l-pakketti tagħhom. Issa l-Kummissjoni qed issejjaħ il-pajjiżi kollha jagħmlu l-istess, taħt l-umbrella tal-koordinazzjoni Ewropea. Il-gvernijiet għandhom jonfqu dawn il-flus bl-aħjar mod għall-ekonomija ta' pajjiżhom peress li kull pajjiż għandu sfidi differenti. Il-Kummissjoni tissorvelja l-isforzi nazzjonali biex tiżgura li ma jagħtux vantaġġi kompetittivi inġusti lin-negozji ta' pajjiżhom.

Xi ekonomiji (per eżempju s-Slovakkja, l-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Polonja) għadhom qed jikbru iżda oħrajn (Franza, l-Italja u l-Ġermanja) diġà waslu f'punt ta' waqfien. U filwaqt li wħud mill-gvernijiet nazzjonali jinsabu inkwetati dwar id-deflazzjoni, oħrajn qed jitħabtu ma' inflazzjoni qawwija (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja).

Aqra l-pjan ta' rkupru EnglishPDF.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli