Mogħdija tan-navigazzjoni

Negozju riskjuż? - 12/11/2008

Il-gwadan ta' Standard and Poor jidher fuq it-tabella tal-Borża ta' New York  © Reporters

L-UE taġixxi biex tirregola l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

F'azzjoni oħra biex issaħħaħ is-sistema finanzjarja, il-Kummissjoni qed tipproponi kontrolli fuq l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu DeutschEnglishfrançais - kumpaniji privati li jivvalutaw ir-riskju finanzjarju għall-investituri.

Attwalment, fl-Ewropa mhumiex regolati iżda jsegwu kodiċi ta' kondotta volontarju. Madankollu, in-nuqqas min-naħa tagħhom li jevitaw il- kriżi finanzjarja DeutschEnglishfrançaisportuguês wasslet għal sejħiet ta' kontroll.

L-aġenziji ta' klassifikazzjoni huma importanti għall-istabilità tas-swieq finanzjarji u għandhom impatt qawwi fuq id-disponibilità u l-valur tal-kreditu. Huwa ttamat li l-ħtieġa biex l-aġenziji jsegwu ċerti regoli se terġa' ddaħħal kunfidenza fihom.

Matul iż-żieda fil-qasam tad-djar fl-Istati Uniti, xi aġenziji issottovalutaw il-periklu li jinkorporaw is-self għad-djar b'interess għoli - magħrufa bħala ipoteki subprime - fi prodotti ikkumplikati ta' intestiment. Dan qajjem tħassib dwar il-kompetenza tagħhom u r-relazzjoni mill-qrib tagħhom mal-industrija finanzjarja.

Taħt l-abbozz tal-liġi, l-aġenziji tal-kreditu jkollhom:

  • jirreġistraw ma' regolaturi Ewropej u jaċċettaw sorveljanza mill-awtoritajiet nazzjonali
  • jiżvelaw kif jiddeterminaw ir-riskju
  • jagħmlu tibdil fil-governanza korporattiva tagħhom biex jipprevjenu l-kunflitti ta' interessi. Dawn jinkludu l-imponiment ta' restrizzjonijiet fuq is-salarju, il-kredenzjali u t-termini ta' tkeċċija tal-membri tal-bord.

 

L-abbozz tal-leġiżlazzjoni huwa l-aktar wieħed riċenti fost serje ta' proposti tal-Kummissjoni li jitrattaw il- kriżi finanzjarja DeutschEnglishfrançaisportuguês . Matul it-tmiem il-ġimgħa, f'Washington se jiltaqgħu mexxejja minn 20 ekonomiji l-aktar b'saħħithom biex jiddiskutu kif itemmu l-kriżi u jipprevjenu li sseħħ oħra. L-UE se tistinka sabiex il-parteċipanti jsegwu l-passi tagħha u jadottaw regoli simili għall-aġenziji tal-kreditu.

Il-Kummissarju għas-suq intern, Charlie McCreevy stqarr: "irrid Ewropa li tikseb rwol mexxej f'dan il-qasam". "Il-proposta tagħna tmur lil hinn mir-regoli li japplikaw f'ġuriżdizzjonijiet oħra."

Jekk il-gvernijiet tal-UE u l-Parlament japprovaw, ir-regoli diġà jistgħu jidħlu fis-seħħ fl-2010.

Is-servizzi finanzjarji dwar is-suq uniku tal-UE English.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli