Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-kriżi finanzjarja - nimxu 'l quddiem - 10/11/2008

José Manuel Barroso u Nicolas Sarkozy fil-laqgħa tal-Kunsill © EC

L-UE trid li l-laqgħa tal-G20 twitti t-triq għar-riforma tas-sistema finanzjarja internazzjonali.

Fis-samit internazzjonali ta' din il-ġimgħa dwar il-kriżi finanzjarja, li se jittella' f'Washington, l-UE se titlob iktar poteri għall-Fond Monetarju Internazzjonali English (FMI). F'laqgħa qabel is-samit tal-15 ta' Novembru, il-mexxejja tal-UE ftiehmu li l-FMI - li hu responsabbli mill-kooperazzjoni monetarja internazzjonali - għandu jkollu rwol ċentrali biex isib tarf tal-ekonomija globali u jevita li s-sistema terġa' tisfronda.

Is-samit ta' Washington ser jiġbor mexxejja mill-aqwa 20 ekonomija tad-dinja. L-UE trid li l-laqgħa twitti t-triq għar-riforma tas-sistema finanzjarja globali. Minbarra l-isforzi biex jingħata nifs ġdid lill-FMI, se tisħaq fuq iktar regolamentazzjoni - jew tal-anqas superviżjoni - tal-industrija finanzjarja, iktar responsabbiltà u trasparenza u metodi ġodda tal-valutazzjoni tar-riskji.

L-UE diġà qed taħdem biex issaħħaħ is-settur finanzjarju tagħha permezz ta' iktar superviżjoni u kontrolli iktar stretti. Iżda b'iktar u iktar banek li jagħmlu n-negozju bejn fruntiera u oħra, dawn l-isforzi jistgħu jgħibu fix-xejn jekk ma jkunx hemm azzjoni fil-livell globali.

"Qed ngħixu mument storiku fejn it-tibdil nilqgħuh iktar bi ħġarna fl-arkitettura finanzjarja globali u fl-ekonomija globali wkoll", qal il-President Barroso fil-laqgħa tal-mexxejja Ewropej fis-7 ta' Novembru.

It-taħdidiet ta' Washington se jsiru wara inqas minn ġimgħatejn li Barack Obama rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti. Billi tisħaq fuq il-bżonn li tittieħed azzjoni malajr, l-UE se tinkoraġġixxi lill-mexxejja biex jiffissaw skadenza ta' 100 jum għall-azzjoni u skeda tat-tieni serje ta' taħdidiet wara li Obama jieħu l-kariga tiegħu f'Jannar.

Qabel il-laqgħa, il-Kummissjoni fakkret il-50 anniversarju tagħha billi ddedikat sala għall-konferenzi fil-kwartieri ġenerali tagħha lil Jean Monnet, wieħed mill-fundaturi tal-Ewropa.

Stqarrija tal-laqgħa English.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli