Mogħdija tan-navigazzjoni

Tbassir ta' staġnar ekonomiku wara l-kriżi finanzjarja - 03/11/2008

Raġel qed jaqra l-gazzetta © EC

Milqut minn inkwiet ekonomiku u dgħajfien globali qawwi, it-tkabbir fl-UE jimxi b'pass ta' nemla.

L-aktar tbassir ekonomiku English riċenti tal-Kummissjoni juri waqa' qawwija fit-tkabbir fl-UE għal 1.4% fl-2008 (nofs iċ-ċifra tal-2007), 0.2% fl-2009 u 1.1% fl-2010 (biċ-ċifri taż-żona ewro ħarira aktar baxxi: 1.2%, 0.1% u 0.9% rispettivament). Dawn iċ-ċifri huma aktar baxxi mit-tbassir tar-rebbiegħa.

Dan it-tnaqqis għandu jgħin biex jittaffew il-pressjonijiet tal-inflazzjoni. Barra mill-fatt li l-prezzijiet taż-żejt qed jitbaxxew, hemm riskju inqas li effetti immedjati jwasslu għal inflazzjoni ġenerali aktar għolja. L-impjiegi mistennija jiżdiedu ftit fl-2009-10, filwaqt li ġew maħluqa 6 miljun post tax-xogħol ġdid fl-2007-08. Ir-rata tal-qagħad mistennija titla b'xi 1% bejn l-2008 u l-2010.

Din it-tendenza ekonomika ħażina mistennija tnaqqar il-finanzi pubbliċi. Kollox ma' kollox, id-defiċits tal-baġits tal-gvernijiet mistennija jiżdiedu minn taħt il-1% tal-PGD fl-2007 għal 2.6% fl-2010 - sakemm ma jkunx hemm tibdil ta' politika. Għaż-żona ewro, id-defiċits mistennija jilħqu 1.3% din is-sena u 2% fl-2010. Iżda huwa diffiċli li wieħed jagħmel tbassir fiċ-ċert dwar il-finanzi pubbliċi - u partikolarment id-dejn pubbliku - minħabba l-inċertezzi fejn jidħlu l-implikazzjonijiet fiskali tal-pakketti ta' salvataġġ mill-gvernijiet.

Is-sitwazzjoni ekonomika hija partikolarment dubjuża bħalissa, wara l-kriżi finanzjarja li ggravat tant malajr din il-ħarifa. Hemm riskju sinjifikanti li dan it-tbassir jista' jkollu jkompli jitnaqqas.

Il-Kummissjoni tippubblika t-tbassir ekonomiku erba' darbiet fis-sena. It-tbassir komprensiv tar-rebbiegħa u l-ħarifa jkopru t-tkabbir, l-inflazzjoni, l-impjiegi u d-defiċit u d-dejn pubbliku fil-pajjiżi kollha tal-UE. It-tbassir fuq skala iżgħar li jsir bejn l-oħrajn - ippubblikat fi Frar u f'Settembru - jevalwa l-iżviluppi wara t-tbassir ta' qabel.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli