Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-mexxejja tal-Istati Uniti u tal-Ewropa jaqblu fuq serje ta' samits dwar is-sitwazzjoni finanzjarja dinjija.
Fi tmiem il-ġimgħa l-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-President attwali tal-UE u ta' Franza Nicolas Sarkozy ddiskutew il-problemi ekonomiċi globali mal-President tal-Istati Uniti George W Bush f'Camp David.
It-tliet mexxejja qablu li jieħdu passi biex jistabbilixxu serje ta' laqgħat internazzjonali biex jeżaminaw l-isforzi biex tiġi indirizzata l-kriżi u biex jilħqu ftehim dwar kif din ma tirrepetix ruħha. "Il-mexxejja tad-dinja ser jiġu kkonsultati dwar l-idea ta' l-ewwel samit tal-kapijiet tal-gvern li għandu jsir fl-Istati Uniti ftit wara l-elezzjonijiet f'dan il-pajjiż [fl-4 ta' Novembru]," qalet dikjarazzjoni konġunta
.
Il-mexxejja tal-UE qed iħeġġu iktar koordinazzjoni tal-isforzi biex terġa' tissawwar il-fiduċja fis-swieq kif ukoll iktar kontroll u regolamentazzjoni iktar stretta tas-swieq finanzjarji dinjija. Il-ġimgħa li għaddiet l-Istati Uniti adottaw pjan ta' għajnuna lill-banek fuq il-mudell tal-metodu Ewropew.
Il-pjan ta' salvataġġ tal-UE jippermetti lill-gvernijiet jiggarantixxu s-self bankarju, jippermettu likwidità fuq perjodu ta' żmien qasir u jinnazzjonalizzaw parzjalment xi banek. Il-gvernijiet tal-UE taw iktar minn €2tr għall-isforz tar-riskju.