Mogħdija tan-navigazzjoni

Samit tal-UE - il-kriżi finanzjarja fil-qalba tad-diskussjonijiet - 16/10/2008

Il-Kunsill f'sessjoni © KE

Il-mexxejja tal-UE jitolbu li s-sistema finanzjarja internazzjonali tiġi eżaminata bir-reqqa.

Il-mexxejja qalu li r-riforma għandha tkun "globali" u għandha tinkludi iktar superviżjoni internazzjonali, sistema ta' "twissija bikrija" globali f'każ ta' kriżi u standards regolatorji internazzjonali biex tkun żgurata t-trasparenza u r-responsabbiltà.

L-UE talbet li jsir samit internazzjonali dwar il-kriżi. Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-President Franċiż Nicolas Sarkozy se jiltaqgħu mal-President tal-Istati Uniti George W. Bush fi tmiem il-ġimgħa biex jiddiskutu din il-kwistjoni.

Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell segwiet il-laqgħa tal-15-il pajjiż taż-żona tal-ewro DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano iktar kmieni din il-ġimgħa biex jitfassal pjan konġunt biex terġa' titrawwem il-fiduċja fl-industrija bankarja. Il-mexxejja tal-UE ħeġġew lill-pajjiżi membri kollha biex jużaw il-pjan taż-żona tal-ewro, bil-ħsieb li azzjoni komuni tkun iktar effettiva milli kieku kull pajjiż jaħdem għal rasu biex jittaffew il-problemi tas-swieq. Għalhekk, se jistabbilixxu 'taskforce' għall-kriżi finanzjarja biex itejbu l-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE.

Il-pjan ta' salvataġġ jippermetti lill-gvernijiet jiggarantixxu s-self bankarju, jipprovdu likwidità fuq perjodu ta' żmien qasir u jinnazzjonalizzaw parzjalment xi banek. Il-gvernijiet tal-UE intrabtu li jagħtu iktar minn €2tr għall-isforz tas-salvataġġ.

Il-mexxejja talbu wkoll għal iktar superviżjoniji fil-livell tal-UE. Il-kunsill insista li tittieħed azzjoni minnufih fuq il-proposti tal-Kummissjoni biex jissaħħu r-regoli għar-rekwiżit tal-kapital u l-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu u biex jiġu protetti d-depożiti bankarji DeutschEnglishfrançais .

Dwar il-prattiki mifruxa li jingħataw benefiċċji kbar lid-diretturi qabel ma jitilqu mill-kariga, il-Kunsill qal li l-ogħla diretturi għandhom jitħallsu skont ir-riżultati tagħhom u m'għandhomx jieħdu riskji kbar biex jistimulaw il-qliegħ tagħhom billi jbiegħu jew jixtru titoli bi prezz fiss fi żmien speċifikat (stock options).

Quddiem it-theddida ta' riċessjoni, il-Kunsill qal li għandhom jiġu applikati r-regoli tal-UE dwar id-defiċits tal-baġit biex jiġu riflessi "iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali". Ir-regoli jeħtieġu li l-gvernijiet ikomplu jisselfu sa inqas minn 3% tad-PGD.

Dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, il-mexxejja tal-UE tennew mill-ġdid l-impenn tagħhom li jiftiehmu fuq proposti leġiżlattivi sa l-aħħar tas-sena. Is-Sur Barroso talab lill-mexxejja biex ma jħallux il-kriżi finanzjarja iddgħajjef l-isforzi biex jonqsu l-gassijiet b'effett serra.

Dwar l-immigrazzjoni, il-mexxejja adottaw li-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil. Il-Prim Ministru Irlandiż semma' leħnu wkoll matul is-samit dwar il-pjanijiet tal-Irlanda wara l-vot kontra t-Trattat ta' Liżbona. Ġew diskussi wkoll ir-relazzjonijeit mar-Russja, ikkaratterizzati b'tensjoni mill-kunflitt fil-Ġeorġja.

Il-presidenza tal-Kunsill - aktar informazzjoni dwar is-samit tal-UE DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli