Mogħdija tan-navigazzjoni

Ma niksrux ir-regoli tal-logħba - 14/10/2008

Muniti tal-ewro u nuċċali fuq gazzetta

Il-pariri tal-UE jsalvaw il-banek u b'hekk jipproteġu l-flus ta' dawk li jħallsu t-taxxa u jiżguraw kompetizzjoni ġusta.

F'dawn l-aħħar ġimgħat, l-Ewropej raw bank wara bank jiġi salvat mill-gvernijiet. Il-Kummissjoni, biex tiżgura li l-flus tat-taxxi ma jagħtux vantaġġ inġust lil dawk il-banek, ippubblikat elenku ta' rakkomandazzjonijiet English għall-gvernijiet.

L-appoġġ tal-Gvern irid ikun temporanju, definit b'mod ċar, limitat fl-iskop u mhux ibbażat fuq in-nazzjonalità. L-azzjonisti ma jistgħux jibbenefikaw minn fuq dahar iċ-ċittadini li jħallsu t-taxxa, u l-banek għandhom jikkontribwixxu għall-ispiża tal-għajnuna. Trid tiġi stabbilita kodiċi ta' kondotta biex tevita kwalunkwe abbuż.

L-għajnuna tal-Gvern lis-settur pubbliku għandha tkun approvata mill-Kummissjoni. Il-pajjiżi li jsegwu dawn il-linjigwida jista' jkollhom l-approvazzjoni biex isalvaw bank fi żmien 24 siegħa. Il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit huma fost il-pajjiżi li kisbu din l-approvazzjoni f'dawn il-jiem li għaddew.

Ir-regoli tal-UE jirrestrinġu l-użu tal-flus tat-taxxi jsalvaw kumpaniji privati sabiex dawk l-istess kumpaniji ma jingħatawx vantaġġ inġust fuq il-kompetituri. Dan kien tħassib riċenti meta bosta gvernijiet Ewropej żiedu l-garanziji fuq id-depożiti tal-banek, peress li dan hedded li jiġbed il-kapital lil hinn minn pajjiżi oħra.

Xi gvernijiet issuġġerew li r-regoli għandhom jiġu sospiżi waqt il-kriżi finanzjarja. Iżda l-Kummissarju tal-kompetizzjoni Neelie Kroes qalet li huma parti importanti mis-soluzzjoni u jikkomplimentaw il-pjan tal-Ewropa li tikkoordina l-isforzi nazzjonali ta' salvataġġ.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli