Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-mexxejja tal-UE jfasslu pjan bi sħab sabiex jikkumbattu t-tempesta finanzjarja - 13/10/2008

Muniti ta' l-euro fuq xulxin © Corbis

Il-qbil intlaħaq waqt samit ta' emerġenza li ttella' f'Pariġi bejn il-15-il pajjiż taż-żona ewro. Il-mexxejja ta' kull wieħed mis-27 gvern tal-UE mistennija jeżaminaw il-pjan meta jiltaqgħu fi Brussell fil-15 t'Ottubru.

F'dawn l-aħħar ġimgħatejn, il-kriżi finanzjarja li bdiet fl-Istati Uniti, ħakmet ukoll lill-Ewropa. Bosta pajjiżi tal-UE kellhom jieħdu passi sabiex jsostnu l-banek li kienu jinsabu f'diffikultà.

Il-Bank Ċentrali Ewropew English tefa' biljuni ta' ewro fis-sistema finanzjarja li kienet għatxana għall-flus, u biex titqawwa qalb in-nies, il-gvernijiet tal-UE għollew il-limitu fuq id-depożiti li kienu lesti jiggarantixxu. Minkejja dawn l-isforzi, il-gimgħa l-oħra, is-swieq Ewropej għaddew mill-aktar taqlib intens li qatt esperjenzaw tul l-istorja tagħhom.

Il-mexxejja tal-UE wegħdu li kienu se jikkoordinaw l-isforzi nazzjonali sabiex jiġu sostnuti l-banek u jiġu protetti d-depożitaturi, filwaqt li jżidu l-fluss tal-kreditu. Skont dan il-pjan, il-gvernijiet nazzjonali jixtru partijiet mill-banek sabiex isaħħulhom il-finanzi tagħhom, filwaqt li jiggarantixxu temporanjament ir-rifinanzjament tal-banek, sabiex ibattu l-istaġnar fis-swieq tal-kreditu.

Huma qablu dwar garanziji bankarji li jtawlu sa Diċembru 2009, flimkien ma' self inter-bankarju. Apparti dan, huma aċċettaw ukoll li jissottoskrivu self ġdid sa ħames snin.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli