Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tnaqqis fir-rata tat-tkabbir - 10/09/2008

Il-Kummissarju Almunia quddiem graff li turi x-xejra ekonomika

F'ekonomija globali li kull ma jmur qed issir dejjem aktar diffiċli, il-prospetti għat-tkabbir fl-ekonomija tal-UE qed jonqsu u l-inflazzjoni għadha ma bdietx ittaffi.

Skont l-aħħar tbassir interim tal-Kummissjoni, fl-2008, l-ekonomija tal-UE hi mistennija tikber b'1.4% - tnaqqis mit-2.0 previst fir-Rebbiegħa. It-tbassir għaż-żona ewro nieżel ukoll – minn 1.7% fir-Rebbiegħa, bħalissa jinsab 1.3%.

Avolja globalment il-pedamenti fiż-żona ewro u l-ekonomija tal-UE huma sodi, numru ta' fatturi jispjegaw it-tama żgħira ta' tkabbir f'qasir żmien.

  • l-inċertezza kontinwa fl-ekonomija globali u t-tnaqqis fit-tkabbir tal-ekonomija globali – minkejja t-tkabbir kbir fl-ekonomiji emerġenti
  • Tensjonijiet fis-swieq finanzjarji, wasslu biex il-prezzijiet tad-djar jonqsu għal livell aktar sostenibbli u jaffettwaw b'mod negattiv l-attività ekonomika b'ċertu pajjiżi tal-UE l-agħar milquta
  • Firxa wiesgħa ta deterjorament fil-kunfidenza fost pajjiżi u setturi.

 

Fl-istess waqt, din is-sena, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ikel kabbar l-inflazzjoni - għalkemm il-prezz taż-żejt u prodotti oħra issa naqsu mill -quċċata li laħqu fisSajf. L-inflazzjoni prevista għall-2008 ġiet riveduta sa 3.8% għall-UE (3.6% fiż-żona ewro) – iżda kollox jiddependi mill-iżviluppi fis-swieq tal-prodotti, u mill-possibbiltà li ż-żieda fil-prezzijiet ta' dawn ta' l-aħħar tista' twassal għal żieda ġenerali fil-prezzijiet u l-pagi.

It-tbassir interim tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq projezzjonijiet aġġornati għal-Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, Spanja u r-Renju Unit – li flimkien jammontaw għal 80% tal-PGD tal-UE. It-tbassir komprensiv li jmiss tal-ekonomija tal-UE huwa mistenni fit-3 ta' Novembru 2008.

Aqra t-tbassir

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli